Referenza: Volum 41C (1957), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 637

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/04/1957
Qorti
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Ġudikatura
MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM, CAMILLERI LUIGI A.
Partijiet
JOSEPH VALENTINO NE. vs GIO ANDREA VASSALLO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART 781 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - ART. 133, 134 U 136 (1) TAL-KODICI TAL-KUMMERC - ASSOCJAZZJONI - DITTA - ECCEZZJONI PERENTORJA - ILLEGITTIMITA' TAL-PERSUNA - RAPPREZENTANZA GUDIZZJALI - SOCJETA' - SPEJJEZ GUDIZZJARJI
Fil-Qosor
Meta diversi persuni huma assocjati biex jezercitaw negozju taht certa ditta, u ma jkunx jittratta minn semplici assocjazzjoni in participazzjoni, allura bejn dawk il-persuni hemm socjeta'; u din is-socjeta' hija irregolari jekk ma tkunx saret bil-miktub u bil-publikazzjoni ta' estratt taghha skondil-ligi. Jekk f'kaz simili jagixxi wiehed minn dawk is-soci ghan-nom tad-ditta, il-konvenut jista' jaghti l-eccezzjoni tal-illegittima' tal-persuna tal-attur' u din l-eccezzjoni tista' tigi sollevata fl-appell, avvolja ma tkunx giet sollevata fl-ewwel istanza; ghax din hija eccezzjoni perentorja,u mhux dilatorja. U billi sakemm ma tigix imharsa dik id-dispozizzjoni tal-ligi li tippreskrivi l-iskrittura u l-publikazzjoni tas-socjeta' is-soci ma jistghux jezercitaw kontra xulxin ebda azzjonimnissla ta' bejnithom, u lanqas ebda azzjoni li s-socjeta' jista' jkollha jedd ghaliha kontra t-terzi, ma jistax wiehed mis-soci jezercita f'isem id-ditta azzjoni ta' kreditu tad-ditta f'kaz simili hija fondata u l-konvenut ghandu jigi liberat "ab observantia". Imma jekk din l-eccezzjoni tigi sollevata fl-appell u ma tkunx giet sollevata fl-ewwel istanza hemm lok ghal temperament fil-kap tal-ispejjez.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni