Referenza: Volum 41C (1957), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 602

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/02/1957
Qorti
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., CAMILLERI LUIGI A.
Partijiet
WALTER BONELLO NE vs CARMELO CARUANA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AGENT TAL-VAPUR - ART. 397 TAL-KODICI TAL-KUMMERC - DEPOZITU - GARANZIJA BANKARJA - KAPTAN - MERKANZIJA - SPEJJEZ TAL-IZBARK
Fil-Qosor
Meta tasal il-merkanzija minn barra, in-noleggjaturi jew karikaturi, jew id-destinatarju li jidhol f'lokhom, huwa obligat ghall-hlas tan-nol kollu bl-accessorji (kappa, spejjez, ecc); imma n-noleggjant jew il-Kaptan ma jistghux jirritjenu l-merkanzija fuq il-bastiment fuq il-pretest li ma jkunux gewimhallsin dawk l-ispejjez. Izda jekk il-kaptan ma ghandux dak id-dritt ta' ritenzjoni, il-kaptan,fil-kaz li ma jkunx thallsu dawk l-ispejjez jista' fil-hin tal-iskarikazzjoni tal-merkanzija, jiddepozitaha ghand terza persuna sakemm isir il-hlas tas-somma li jkollu jiehu. Imma, jekk id-destinatarju tal-merkanzija jagti garanzija bankarja ghall-hlas ta' dawk l-ispejjez, l-agent tal-vapur ma jistghax jirrifjuta l-konsenja tal-merkanzija. Jekk il-polza tal-kariku ma tkux waslet, u l-ispejjez tal-izbark ma jkunux likwidi, l-agent tal-vapur ma jistghax jaccetta l-garanzija bankarja bhala surrogat tal-polza tal-kariku u jirrifjuta dik il-garanzija ghall-ispejjez tal-izbark u spejjez relattivibilli minflok jezigi depozitu ta' flus f'idejh ghas-somma ta' dawk l-ispejjez. Ghax il-garanzija bankarja ghandha tigi ritenuta li tikkomprendi anki l-hlas tal-ispejjez tal=izbark; u l-kawtela li l-ligi taghti lill-agent tal-vapur, jew lill-kaptan, li jiddepozita ghand terza persuna l-merkanzija sakemm isir il-hlas dovut, mhix osservabbli "ad unguem", imma hi fis-sens ta' garanzija, li hija rimpjazzabbli, fil-kazijiet partikolari, ma xi garanzija ohra almenu ugwalment tajba. Din il-garanzijabankarja ghandha titqies bhala surrogat tad-depozitu tal-merkanzija.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni