Referenza: Volum 43D (1959), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 778

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/10/1959
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
CARMELA SIVE CARRIE ZAMMIT vs CARMELO ZAMMIT ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AZZJONI RIVENDIKATORJA - KOMUNJONI - KOMUNJONI FAMILJARI TACITA - KONSORZJU - KONTRA MIN GHANDHA TIGI ESPERITA
Fil-Qosor
L-azzjoni rivendikatorja, bhala dik li ghandha bhala skop ir-restituzzjoni tal-haga mill-possessur lill-proprjetarju, ghandha tigi esperita kontra min ikun jippossjedi l-haga kontroversa; u kwindi mhix mehtiega l-prezenza fil-kawza ta' persuni li ma jirrizultax li ghandhom fil-pussess taghhom l-oggett kontrovers, u l-gudizzju huwa integru anki minghajr il-prezenza taghhom. Lanqas jiswa biex jirrendi mhux integru l-gudizzju l-fatt illi dawk il-persuni l-ohrajn huma komproprjetarji mar-rivendikant tal-oggett reklamat; ghax kull wiehed mill-komproprjetarji ghandu dritt jezercita l-azzjoni rivendikatorja, sahansitra jekk il-kwota tieghu tkun incerta; u jista' jezercitaha minghajr il-kunsens tal-komproprjetarji l-ohra, u sahansitra kontra l-volonta' taghhom. Konsegwentement, hija wkoll inaccettabbli l-eccezzjoni illi bejn ir-rivendikant u persuni ohra li mhumiex fil-kawza tezisti komunjonifamiljari tacita, apparti jekk l-ezistenza ta' din il-komunjoni tkunx giet pruvata jew le.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni