Referenza: Volum 43D (1959), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 964

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/02/1959
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs FRANCIS MALLIA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - ART. 161 U 352(2) TAL-KODICI KRIMINALI - STORBJU - VILLIPENDJU TAR-RELIGJON KATTOLIKA APOSTOLIKA RUMANA
Fil-Qosor
Biex il-Prosekuzzjoni tista` tappella minn sentenza tal-Magistrat jehtieg, jew li l-Ewwel Qorti tkunilliberat l-imputat fuq il-fatt "kif dedott" apparti mill-provi, jew li tkun enuncjat skorrettamentl-ipotesi tal-ligi u mbaghad applikat ghall-fatti tal-kaz kif rizultati din l-ipotesi skoretta. Din hi gurisprudenza pacifika minn zmien. Ghaldaqstant, jekk l-imputat kien akkuzat talli volontarjament kiser il-bon ordni u l-kwiet tal-publiku bl-ghajjat, u li bil-kliem kasbar publikament ir-Religjon Kattolika Apostolika Rumana, u l-Magistrat, filwaqt li jikkundannah dwar l-ewwel imputazzjoni, jiliberah mit-tieni wahda, ghaliex ir-ritjena illi l-kliem i qal l-imputat ma jammontax ghal tkasbir ta` dik ir-Religjon, dik is-sentenza, inkwantu lliberat lill-imputat minn dik l-imputazzjoni, mhix appellabbli mill-Prosekuzzjoni; ghax il-Magistrat fuq il-fatt kif sempliciment "dedott" zgur ma lliberax, ghax sama` l-provi u ebda enuncjazzjoni tal-ipotesi tal-ligi ma saret fis-sentenza appellata billi l-EWwel Qorti ma affermat ebda principju dwar dak ir-reat, imma biss ghamlet apprezzament ta` fatt "nudo e crudo" u kkonkludiet li dak il-fatt "ut sic" ma jammontax ghar-reat addebitat lill-imputat. u hu pacifiku illil-QOrti tal-Appell, b'ligi, taqbel jew ma taqbelx ma dak l-apprezzament ta` fatt, ma tistax fuqu biss tammetti appell mill-parti tal-Prosekuzzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni