Reference: Volume 43D (1959), Part No. 3, Section , Page 754

Judgement Details


Date
25/06/1959
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
JOSEPH VELLA vs EDGAR CARUANA MONTALDO, B.E.A., & C.E.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"SKY-LIGHT" - ART. 1628(C) I 1636 TAL-KODICI CIVILI - AWTORITA' SANITARJA - INNOVAZZJONIJIET FIL-FOND MIKRI - LOKAZZJONI
Summary
L-obligu li ghandu l-lokatur li jqies li l-kerrej ikollu d-dgawdija pacifika tal-haga mikrija ghaz-zmien kollu tal-lokazzjoni jimporta li l-lokatur ghandu jastjeni ruhu minn kull att li jippriva lill-konduttur mid-dgawdija tal-haga mikrija, u kwindi l-obligu li ma jbiddelx l-ghamla tal-haga mikrijaminghajr il-kunsens tal-kerrej. U dan l-obligu hu assolut, u ma jammettix eccezzjoni hlief fil-kazli l-kerrej jaghti l-kunsens tieghu. Imma dan it-tibdil irid ikun volontarju; ghax jekk il-lokaturikun kostrett jaghmel dak it-tibdil mit-terzi jew minnu necessita', dak id-divjet ma jsibx applikazzjoni. Ghaldaqstant, jekk sid il-kera jinsisti mal-Awtoritta' Sanitarja biex jigi mnehhi mill-fond mikri "sky-light" li hu kontra l-ligi, dik l-insistenza, bhala att volontarju, tikkostitwixxi agir illegali li jista' jippriva l-kerrej minn parti tad-dgawdija tal-fond, u l-obbjezzjoni tal-kerrej li jitnehha dak il-"sky-light" hi legalment gustifikata, salvi l-provvedimenti eventwali fil-kawza li l-Awtur ta' Sanitarja taghmel lil sid il-kera dwar it-tnehhija ta' li "sky-light". Il-prezenza tal-Awtorita' Sanitarja fil-kawza civili li l-kerrej talvolta jaghmel kontra sid il-kera biex jigi dikjarat illegati l-agir tieghu meta nsista ghat-tnehhija ta' li "sky-light" mhix mehtiega; ghax f'dik il-kawza l-kwistjoni mhix jekk li "sky-light" huwiex jew le in kontravvenzjoni ghall-ligi, imma biss jekk huwiex legali d-diportament ta' sid il-kera fil-konfront mal-inkwilin tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info