Referenza: Volum 43D (1959), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 759

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/06/1959
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
STELLA BRIFFA ET. vs CATERINA SCICLUNA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DIVIZJONI - LEGAT - LIKWIDAZZJONI TA` WIRT
Fil-Qosor
Ghandha ssir distinzjoni bejn il-pusses ta' legat u l-proprjeta' tal-istess legat; ghax il-pussess jghaddi "per modum continuationis" fl-eredi, u jkun l-identiku pussess li kellu d-decujus fil-gurnatatal-mewt tieghu, u ghalhekk il-legatarju hu obligat jitlob il-pussess lill-eredi, mentri l-proprjeta' jew id-"dritt" ghall-haga legata, issir tal-legatarju mill-gurnata tal-apertura tas-successjoni bis-sahha unikament tad-dispozizzjoni testamentarja, minghajr in-necessita' ta' ebda att ta parti tal-legatarju, u sahansitra ad insaputa tieghu, u kwindi indipendentement mill-immissjoni tieghu fil-pussess tal-legat. Ghaldaqstant, f'kaz ta' likwidazzjoni u divizjoni tal-assi ereditarju, l-eredi majistghy jippretendu li s-sustanzi mhollija b'legat ghandhom jidhlu fl-assi in divizjoni u jigu assenjat lill-eredi, salv li l-legatarju, jekk jaghmel it-talba mehtiega, jigi immess mill-istess eredi fl-pussess ta' dawk is-sustanzi formanti l-oggett tal-legat; ghax din l-assenjazzjoni tolqot il-proprjeta', u mhux il-pussess tal-legat; salva kull azzjoni talvolta kompetenti lill-eredi biex igieghlulill-legatarju jiddikjara jekk jaccettax jew le l-legat lilu mholli. Liema assenjazzjoni lill-erediwisq anqas tista' ssir jekk il-legatarju jkun parti fil-kawza u jikkontesta din l-assenjazzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni