Reference: Volume 43D (1959), Part No. 2, Section , Page 794

Judgement Details


Date
03/11/1959
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
ANTONIA ZAMMIT vs EMMANUELE VELLA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DEPOZITU - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI - KONSORZJU - LICITAZZJONI - OFFERTI "ANIMO COMPENSANDI"
Summary
Ghalkemm fond jigi akkwistat minn mara fil-kors taz-zwieg taghha, l-istess fond ma jidholx fil-komunjoni tal-akkwisti ezistenti bejnha u bejn zewgha, jekk l-istess fond gie minnha akkwistat f'licitazzjoni fejn hija kienet wahda mil-komproprjetarji u kollicitanti; u dan anki jekk il-fond gie liberatlilha fl'imkien ma' zewgha. Il-fond hekk akkwistat jibqa' parafennoli tal-mara; u l-komunjoni tal-akkwisti tibqa' kreditrici tal-valur li jkun gie depozitat ghall-akkwist tal-fond. Ghaldaqstant, kull azzjoni li titnissel mill-pussess tal-fond hekk akkwistat ghandha tigi esperita mill-mara bil-kunsens u assistenza ta' zewgha, jew talvolta mir-ragel, mhux pero' f'ismu proprju, imma bhala amministratur tal-beni ta' martu. ghaldaqstant ukoll, id-depozitu tal-prezz hu maghmul sewwa meta hu maghmulf'isem il-mara, u mhux f'isem zewgha bhala kap tal-komunjoni tal-akkwisti. F'kaz simili, il-mara ma ghandhiex bzonn titlob il-permess tal-Qorti biex fil-licitazzjoni toffri "animo compensandi"; ghaliex dan l-obligu jinkombi lil min ikollu kreditu likwidu provenjenti minn sentenza, jew kuntratt, jew obligazzjoni ohra bil-miktub, u mhux ghal min hu komproprjetarju tal-fond li ser jigi licitat. Umeta mil-prezz tal-akkwist il-mara tnaqqas il-kwota korrispondenti ghas-sehem li hija kellha mil-fond qabel ma gie liberat lilha, dan hija taghmlu mhux bhala kreditrici, imma bhala komproprjetarja fil-fond licitat. Mhix accettabbli s-sottomissjoni illi d-depozitu tal-mara mhux integru ghax hija debitrici f'ammont li ghad irid jigi ratizzat, korrispondenti ghal sehemha tal-ispejjez tal-procedura tal-licitazzjoni, li skond is-sentenza ghandhom qabel xejn jigu prelevati mill-prezz tal-bejgh; ghax meta l-aggudikatarju jkun wiehed mill-istess kollicitanti, il-licitazzjoni hija divizjoni, mentri hija bejgh meta l-aggudikatarju huwa estraneu; u kwindi dik il-mara tigi li ma xtrat xejn; u ghalhekk hu bizzejjed li hija taghmel mad-depozitu tal-prezz rizerva fis-sens li thallas sehemha minn dawn l-ispejjez meta jsiru l-konteggi mehtiega biex jigu definittivament likwidati l-pendenzi bejn il-kondividenti jew kollicitanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info