Reference: Volume 40B (1956), Part No. 1, Section , Page 555

Judgement Details


Date
11/06/1956
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., CAMILLERI LUIGI A.
Parties
COSTANTINO PANZAVECCHIA vs COSTANTINO SIVEZANZU SIVE ANNUNZIATO CARUANA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ARREST PERSONALI - GUDIKAT - KOMPETENZA
Summary
Meta kreditu jinsab kanonizzat b'sentenza tal-Qorti tal-Kummerc, ma tistax aktar tigi diskussa n-natura tieghu kummercjali, billi biex il-Qorti tal-Kummerc ipprofferiet is-sentenza li kkanonizzat dakil-kreditu, necessarjament irriteniet ruhha kompetenti "ratione materae", u ghalhekk irriteniet li l-att kien kummercjali almenu ghall-konvenutó ghax diversament kienet tiddikjara "ex officio" l-inkompetenza taghha "ratione materiae". Ghal dina l-konkluzjoni ghandu wiehed jasal billi l-gudikat jassorbixxi kull eccezzjoni li, in meriu ghall-azzjoni, kien imissha jew setghet tigi sollevata in relazzjoni ma' l-azzjoni stess bil-konsegwenza li mhumiex ammissibbli eccezzjonijiet godda li jkollhom bhala effett li jannullaw jew jillimitaw l-effetti ta' dak il-gudikat. Ghaldaqstant, jekk ilkreditur,in segwitu ghal dik is-sentenza, jintenta azzjoni kontra d-debitur biex dan jigi kundannat ghall-arrest personali, id-debitur ma jistax jeccepixxi li l-kreditu mhux kummercjali. Il-fatt imbaghad li,meta huwa gie mharrek fil-kawza l-ohra quddiem il-Qorti tal-Kummerc, huwa ma ddeklinax il-kompetenza ta' dik il-Qorti, anzi jkun ammetta d-debitu tieghu, juri li hu stess kien ihoss li hu kummercjalment, jew almenu kien kummercjant fl-epoka tal-kontrattazzjoni tad-debituó u ghalhekk lanqas jista'jirrespingi d-domanda ghall-arrest personali tieghu billi jallega li huwa mhux kummercjant, sakemm ma jaghmel ebda prova li twaqqa' dik il-prezunzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info