Referenza: Volum 40B (1956), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 523

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/03/1956
Qorti
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J.
Partijiet
LAWRENCE SAID PR. ET NE. vs AVUKAT DR. VICTOR RAGONESI NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 394(1) TAL-KAP. 15 - GUDIKAT - KONTIJIET
Fil-Qosor
Skond il-ligi procedurali maltija, meta min ghandu jaghti kont ma jipprezentahx fiz-zmien stabbilit, il-Qorti tista' tippermetti lill-parti li tkun talbet il-kont li tispecifika, imqar b'gurament, is-somma li ghandha tinghata. Skond il-gurisprudenza nostrali taghna, mbghad, hu cert li l-parti li afavur taghha jigi ordnat ir-rendikont ma tistax tigi ammessa tiddetermina b'gurament l-ammont dovuthlief fil-kaz li kull mezz ta' prova ohra jkun impossibblió u ghalhekk il-Qorti ghandha taghmel dina l-indagina qabel ma tawtorizza lill-attur jispecifika bil-gurament is-somma li gandha tinghata fil-kaz li l-konvenut jonqos li jipprezenta l-kont fit-terminu lilu mpost fl-istess sentenzaó molto pju' meta z-zewg domandi, dik principali u dik alternattiva, jkunu gew maqtugha f'salt. Imma b'dan kollu, jekk il-Qorti ma tkunx ghamlet dina l-indagini, u s-sentenza tghaddi f'gudikat, is-sentenza ghandha titqies kif inhi, u mhux kif kellha tkun. Imma b'dik is-sentenza li tammetti l-attur jiddetermina s-somma bil-gurament, u bil-prestazzjoni ta' dan il-gurament, u bil-prestazzjoni ta' dan il-gurament, ma jigix kreat gudikat li jostakola istanza sussegwenti biex jigi kontestat u diskuss l-ammontdeterminat bil-gurament minn dak li kellu jircievi l-kontó ghaliex ghandhom jigu distinti zewg aspetti - dak tal-ammissjoni u tal-prestazzjoni tal-gurament, u dak tad-determinazzjoni tas-somma mill-Qorti. Ghaldaqstant, malgrado li sentenza tkun ammettiet lill-attur kreditur tal-kont jiddeterminabil-gurament is-somma li ghandha tinghata, fil-kaz li l-konvenut debitur tal-kont ma jipprezentax il-kont fiz-zmien lilu prefiss b'dik is-sentenza, u l-fatt li l-gurament ikun gie prestat, id-debitur tal-kont mhux prekluz minn dik is-sentenza u mill-ligi milli jaghmel istanza ohra biex jiddirkutil-kont prezentat u mahlul bis-sahha ta' dik is-sentenza, sabiex l-ammont jigi stabbilit mill-Qorti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni