Reference: Volume 40B (1956), Part No. 1, Section 1, Page 331

Judgement Details


Date
26/11/1956
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
RAFFAELE SAID ET. vs JOSEPH MIFSUD BONNICI, M.B.E. NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"LAND ARBITRATION BOARD" - "LAND" - "OMMESSA DECISIONE" - "OUTRIGHT PURCHASE" - "PUBLIC TENURE" - APPELL - ART. 2, 19, 23 (D) U 25 (18) TAL-KAP. 136 - ART. 8 TAL-ORDINANZA XXXI TAL-1947 - AZJENDA KUMMERCJALI - ESPROPRJAZZJONI - IMPRIZA CINEMATOGRAFIKA U TEATRALI - LOKAZZJONI - NULLITA' - SPEJJEZ GUDIZZJARJI - TEATRU MANOEL
Summary
Azjenda kummercjali, bhal ma hija impriza cinematografika u teatrali, ma taqghax taht id-definizzjoni li l-art. 2 tal-Kap. 136 jaghti tal-kelma "land"; ghaliex, bhala unita' ekonomika, hija indipendenti mill-komponenti singoli taghha, mobili jew immobbli, u hija ta' natura mobiljari. Ghaldaqstant azjenda kummercjali ma taqghax taht id-dispozizzjonijiet tal-Ligi dwar l-Akkwist ta' Artijiet ghal Skopijiet Publici. Id-dispozizzjonijiet tal-Kap. 136 li jirriferixxi ghall-kumpens, pagabbli meta l-awtorita' kompetenti tkun hadet il-pussess u l-uzu tal-art, jew tkun hadet l-istess art "on public tenure", ma humiex applikabbli fil-kaz li l-awtorita' tkun hadet l-art b'xiri assolut; u ma jistghax jigi ritenut illi huma hekk applikabbli bis-sahha tal-interpretazzjoni analogika jew b'interpretazzjoni estensiva; ghax ma jistghax jigi ritenut illi l-legistatur ried jinkludi f'dawk id-dispozizzjonijeit il-kaz ta' akkwist ta' artijiet b'xiri assolut. Huwa veru illi l-mod ta' akkwist tal-art b'xiriassolut hu distint mill-akkwist "on public tenure", u li ghalhekk il-kaz ta' akkwist b'xiri assolutma hux dixxiplinat bid-dispozizzjonijiet tal-Kap. 136 li jikkontemplaw l-akkwist "on public tenure"; izda dan ma jfisserx illi t-titolari ta' azjenda kummercjali li tkun ezercitata f'post li jigi akkwistat mill-awtorita' kompetenti "by subright purchase" ma hux obligat jirrilaxxja l-fond fejn hijastabbilita l-azjenda; ghax bl-akkwist tal-art b'xiri assolut ikun hemm lok ghax-xoljiment tal-lokazzjoni. B'hekk ma ghandux jiftiehem li t-titolari tal-azjenda jitlef l-azjenda "in astratto', ghaliexdin, bhala unita' ekonomika awtonoma, tista' tibqa' dejjem, sakemm tkun xjolta jew trasferita hijastess, fil-patrimonju tat-titolari; imma dan ma jistghax jippretendi li, wara l-akkwist, jibqa' jezercita l-azjenda fil-fond akkwistat mill-awtorita' komptenti. Izda l-koncett ta' "termination of thelease" ma jadattax ruhu ghall-kaz ta' evizzjoni tal-azjenda mis-sede taghha; ghax altru semplici terminazzjoni ta' lokazzjoni, u altru hu li azjenda titlef l-istabbiliment taghha. U ghalhekk, il-kumpens dovut ghal dina l-evizzjoni mhux regolabbli mill-Ordinanza dwar l-Akkwist ta' Bini ghal Skopijiet Publici; imma, ladarba fil-ligi specjali tal-esproprjazzjoni l-kumpens ghal "Trading Establishment", ossija azjenda, hu msemmi relattivament ghaz-zewg kazijiet ta' akkwist tal-pussess u uzu u akkwist "on public tenure", u ladarba dik il-ligi specjali tikkontempla biss it-"termination of the lease", ghandha tirriprendi l-vigur taghha d-dispozizzjoni generali tal-Kodici Civili li tghid li hadd majista' jigi kostrett jitlaq il-proprjeta' tieghu jekk mhux ghal skop publiku u bi hlas ta' kumpensxieraq. Jekk il-Qorti tommetti li tiddecidi xi wahda mid-domandi migjuba fl-att tac-citazzjoni, mahemmx appell kwantu ghall-meritu ta' dik id-domanda mhux deciza, ghax ma jistghax isir appell "ab omissa decisione". Kwantu ghall-ispejjez ta' dik id-domanda li ma gietx deciza, dawn ma jistghux jigudecizi, ghax ma jistghux jigu decizi l-ispejjez ta' domanda li ma tigix deciza. Kwindi l-appell mill-kap ta' dik id-domanda, ghall-meritu u ghall-ispejjez, huwa irritu u null.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info