Reference: Volume 40B (1956), Part No. 1, Section 1, Page 314

Judgement Details


Date
16/11/1956
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
GIUSEPPE MUSCAT ET. vs GIUSEPPE BUGEJA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 511 U 495 TAL-KODICI CIVILI - PASSAGG - PROVA - SERVITU' - TIBDIL FL-EZERCIZZJU TAS-SERVITU'
Summary
Id-dispozizzjoni tal-ligi li tivvjeta lill-proprjetarju tal-fond serventi li jaghmel ebda haga li tnaqqas l-uzu tas-servitu', jew li jirrendiha izjed inkomoda, jew li jbiddel l-istat tal-fond, jew lijittrasferixxi dak l-uzu minn post ghal iehor li ma kienx dak ta' qabel, tinsab modifikata mill-istess ligi fis-sens illi, jekk l-ezercizzju tas-servitu' fil-parti jew fuq il-parti tal-fond li fil-bidu tkun giet destinata, isir ta' xkiel akbar ghas-sid tal-fond serventi, jew jekk dan is-sid ma jkunxjista' , minhabba dak l-ezercizzju, jaghmel xogholijiet, tiswijiet, jew miljoramenti fil-fond tieghu, hu jista' joffri lil sid il-fond dominanti parti ohra xorta wahda tajba ghall-ezercizzju tas-servitu'; u dan ma jistax jirrifjutaha. Il-kondizzjonijiet li hemm bzonn jirrikorru biex din il-modifikazzjoni eccezzjonali tista' ssehh huma, ghalhekk, (1) illi l-ezercizzju tas-servitu' fil-lok originarju jirrendi dik is-servitu' aktar oneruza, jew jimpedixxi lil sid il-fond serventi li jaghmel fih xogholijiet, tiswijiet, jew miljoramenti, u (2) illi l-fond dominanti ma jigix pregudikat mit-tibdiltal-lok ghall-ezercizzju tas-servitu'. Ghaldaqstant, is-sid ta' fond li hu suggett ghas-servitu' ta' passagg favur fond iehor jista' jiddestina ghall-ezercizzju ta' dak il-passagg parti ohra tal-fondserventi, jekk dan it-tibdil hu jaghmlu ghax ikollu vantagg jew interess li jaghmlu, u jekk b'dan it-tibdil huwa ma jikkaguna ebda pregudizzju lill-fond dominanti, anzi javvantaggjah. Imma bis-sahhata' din id-dispozizzjoni tal-ligi favorevoli ghalieh, il-proprjetarju tal-fond serventi ma jistax jezercita minn rajh it-tibdil fis-servitu', minghajr ma jinterpella lill-proprjetarju tal-fond dominanti, u, fil-kaz li dan jirrifjuta jaghti l-kunsens tieghu ghal dak it-tibdil, minghajr ma jirrikorrilill-Qorti biex ibiddel il-post originali tas-servitu'. Hu jista' biss "joffri" lill-proprjetarjutal-fond dominanti post ugwalment komodu ghall-ezercizzju tas-servitu', u fil-kaz li din l-offerta ma tigix "accettata", ghandu jottjeni l-awtorizzazzjoni tal-Qorti; ghax ma jistax jispolja lill-vicinmill-pussess tas-servitu'. Kwantu ghall-forma, dan il-kunsens tas-sid ma hemmx bzonn li jirrizultaminn att publiku; u lanqas hemm bzonn, biex ikollu effett quddiem it-terzi t-tibdil fl-ezercizzju tas-servitu', li jigi nskritt fir-Registru Publiku. L-att publiku u l-inkrizzjoni fir-Registru Publiku huma rikjesti meta si tratta minn titolu li "johloq" is-servitu', u mhux li "jimmodifika" l-ezercizzju taghha. U ghalhekk hu bizzejjed li l-kunsens ta' sid il-fond dominanti ghat-tibdil fl-ezercizzju tas-servitu' jirrizulta minn provi testimonjali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info