Referenza: Volum 40B (1956), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 567

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/11/1956
Qorti
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
SALVATORE ZAHRA vs GEORGE MIFSUD
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BEJGH - BWONA FEDE - VIZZJI REDIBITORJI
Fil-Qosor
Meta l-azzjoni ghar-rizoluzzjoni tal-bejgh ta' oggett mobili hija bazata fuq il-ftehim li l-oggett tal-bejgh ghandu jkun tajjeb ghall-uzu tieghu, u mhux fuq il-vizzji redibitorji, il-kwistjoni tal-apparenza o meno tal-vizzju jew difett li jkollu dak l-oggett ma hix rilevanti; ghax si tratta minn azzjoni "ex contractu". Ghalkemm min jixtri oggett sekonda man hu mistenni li jittolera certi difettita' importanza zghira u certa deterjorazzjoni dovuta ghall-uzu precedenti li jkun sar mill-oggett,certament dak ix-xerrej ghandu jkun protett kontra mankamenti ta' importanza tali li minhabba fihoml-oggett ma hux tajjeb ghall-uzu li galih evidentement ix-xerrej, sija pure ta' oggett sekonda man,ikun xtrah. U dan jinghad apparti l-konsiderazzjoni li l-kuntratti ghandhom isiru in buona fede; b'mod illi mhux lecitu li l-venditur jilludi lix-xerrej billi quddiemu jipprova l-oggett b'mod li jahbilu l-funzjonament hazin tieghu; u l-Qrati ma jissanzjonawx strappi simili ghal dik il-buona fede lighandha tirregola l-kuntrattazzjonijiet.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni