Referenza: Volum 40B (1956), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 425

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/12/1956
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
ANDREW BONDIN vs CENSINA CARUNA PR ET NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - BOARD TAL-KERA - INKWILIN - KWISTJONI TA' DRITT - LOKAZZJONI
Fil-Qosor
Sentenza tal-Board tal-Kera litirrikonoxxi li l-eredi tal-inkwlin ghandu d-dritt imu jokkupa fond mikri lill-awtur tieghu anki jekk dak l-eredi ma kienx joqghod fl-istess dar mal-inkwlin li miet, purke` dak l-eredi ma jkollux post iehor ghall-abitazzjoni tieghu, u illi, jekk l-eredi jkollu post iehor ghall-abitazzjoni, sid il-fond li jkun irid il-fond ghalieh ikollu l-prefernza fuq l-eredi, hija sewwa. Il-lokatur, pero`, biex jirnexxi fl-azzjoni teighu diretta biex jiehu pussess tal-fond, ghandu bzonn jipprova konkludentement (a) li l-fond iridu ghalieh, (b) li l-intimat ghandu jew kellu "fond disponibbli" ghall-abitazzjoni tieghu meta l-lokatur urieh liried il-fond gahlieh, (c) u illi l-intimat ma kienx ipriva ruhu mill-fond likellu, jekk kellu, bi htija teighu, b'mod li l-"hardship" lijgiblu l-akkoljiment tat-talba tal-lokatur iku "self inflicted". Ladarba l-Qorti tal-Appell taqbelmal-interpretazzjoni tal-kwistjoni ta` dritt maghmula mill-Board, ma hemmx lok li dik il-Qorti tezamina l-kwistjonijiet ta` fatt, gahx fuq apprezament ta` fatti l-kriterju tal-Board huwa insindakabbli; metri jekk il-Qorti tal-Appell ma taqbelx mal-Board fuqil-punt ta` dritt diversament rizolut; ikollhom necessarjament jigu riezaminat ghad-definizzjoni tal-kawza, allura l-appell fuq punt ta` drittisir devolattiv tal-kwistjonijet kollha konsegwenzjali, komprizi dawk ta` fatt.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni