Reference: Volume 33E (1948), Part No. 2, Section , Page 316

Judgement Details


Date
09/10/1948
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
MARIA GIUSEPPA CARUANA ET. vs TOMMASO MALLIA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 637, 753, 782, U 842 TAL-KODICI CIVILI - DRITT TAR-RAPPREZENTAZZJONI - KONDIZZJONI - SUCCESSJONI - TWELID U KONCEPIMENT
Summary
Meta d-dritt ghas-successjoni tat-testatur huwa suggett ghall-verifika ta' kondizzjoni sospensiva, huwa bizzejjed il-koncepiment fil-mument tal-verifika tal-kondizzjoni biex wiehed ikun jista' jippretendi dik is-successjoni, u mhux mehtieg li jkun ga twieled meta dik il-kondizzjoni tavvera ruhha. Ughalhekk, jekk it-testatur ihalli bhala werrieta tieghu lill-qraba l-aktar vicini li jkunu jezistumeta tavvera ruhha xi kondizzjoni minnu kontemplata, il-qraba li jkollhom dritt jippretendu l-wirt tieghu huma mhux biss dawk li jkunu ga twieldu meta tavvera ruhha dik il-kondizzjoni, imma anki dawkli jkunu ghadhom koncepiti biss. Ukoll, f'kaz bhal dan, dawk il-qraba li jkunu ga mietu meta tavvera ruhha dik il-kondizzjoni ma jilhqu jakkwistaw ebda dritt ghal dik is-successjoni, u ghalhekk ebdadritt f'dan is-sens ma jittrasmettu lill-eredi taghhom. Dawn l-eredi, imbaghad lanqas jistghu jidhlu f'dik is-successjoni bid-dritt tar-rapprezentazzjoni, jekk, kieku s-successjoni kienet "ab intestato", huma ma kienx ikollhom dak id-dritt. Is-successjoni "ab intestato" li ghaliha tirriferixxi d-dispozizzjoni tal-ligi li taghti d-dritt tar-rapprezentazzjoni hija s-successjoni tat-testatur, u mhux dik tal-werriet jew legatarju istitwit li jkun miet qabel it-testatur. Fil-linja kollaterali r-rapprezentazzjoni hija ammessa biss favur it-tfal u dixxendenti ta' l-ahwa tal-mejjet.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info