Reference: Volume 33E (1948), Part No. 2, Section , Page 299

Judgement Details


Date
30/06/1948
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
SACERDOT FILIPPO BONNICI vs PADRE PIO MAMO, O.M.C., NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1586 U 1588 TAL-KODICI CIVILI - ENFITEWSI - MILJORAMENTI - SPEJJEZ STRAORDINARJI FIL-FOND ENFITEWTIKU
Summary
Ghalkemm fil-prattika u fl-origini ta' l-enfitewsi fil-patt tal-konservazzjoni tal-fond fi stat tajjeb jidhlu bhala obligu, oltre l-ispejjez necessarji, anki dawk li jissejhu miljoramenti, u pratikament l-enfitewsi tinghata ghal dan l-iskop, eppure skond il-ligi taghna dak l-obligu huwa biss accidentali; fis-sens illi dak l-obligu ma jezistix jekk ma jkunx hemm patt espress dwaru. Jekk pero' b'dana kollu l-enfitewta jaghmel dawn il-miljoramenti volontarjament, huma jigu nvestiti mid-dritt tal-padrun dirett, u l-enfitewta huwa tenut ghad-deterjorazzjoni taghha barra milli huwa tenut li jevitad-deterjorazzjoni tal-fond. Meta l-enfitewta jintrabat li ghandu jimmiljora l-fond, huwa ghandu l-obligu li jikkurah u jirriparah, u ghalhekk li jaghmel dawk l-ispejjez kollha li huma necessarji; ghax minghajrhom il-fond ma jigix konservat fil-valur li jkollu, u jista' jispicca jekk dawk l-ispejjezma jsirux; kif ukoll kwalunkwe spiza utili konfinanti man-necessarji. Imma meta l-enfitewsi tkun temporanea, dan l-obligu huwa mitigat fis-sens li l-enfitewta jista' jobliga lill-padrun dirett jikkontribwixxi ghal dawk l-ispejjez, meta dawn ikunu konsiderevoli avut rigward ghall-pattijiet ta' l-enfitewsi, iz-zmien li jkun fadal biex l-enfitewsi tispicca, u c-cirkustanzi l-ohra tal-kaz. Fil-kazprezenti dan it-temperament ekwitativ gie applikat mill-Qorti, u l-padrun dirett gie kundannat jikkontribwixxi parti minn spejjez straordinarji li kienu mehtiega biex il-fond enfitewtiku jigi konservat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info