Referenza: Volum 33E (1948), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 198

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/01/1948
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
SALVATORE GRIXTI ET vs GIORGIO SCHEMBRI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 571 TAL-KODICI CIVILI - AZZJONI POSSESSORJA - MOLESTJA
Fil-Qosor
Elementi ta` l-azzjoni possessorja ta` manutenzjoni huma l-pussess ta` liema xorta jkun, ta` haga immobiljari jew ta` universalita` ta` hwejjeg mobili, il-molestja f'dak il-pusess, u l-ezercizzju ta`l-azzjoni fi zmien sena mill-molestja. Basta li l-attur ma jkunx ha idejh dak il-pussess minn ghandil-konvenut bi vjolenza jew bil-mohdi, jew ma jkunnx kiseb minn ghandu dak il-pussess b'titolu prekarju. Din l-azzjoni tmiss li dawk biss li jippossjedu legittimament; u ghandha tigi ezercitat kontra l-awtur tal-molestja jew i-susccesuri tieghu b'titolu universali, jew kontra min ikun agixxa fl-interess tieghu, jew ikun approva l-att. Il-proprjetarju huwa wkoll responsabili ghall-atti tad-dipendenti teighu. Il-molestja f'sens lat hija kwalsijasi attentat ghall-ezercizzju normali tal-pussessflimkein ma` l-"animus turbandi"; b'mod illi l-molestja minghajr dak l-animu ma hix komprensibili, ufl-assenza ta` dak l-animu ma tistax tezisti turbativa. Fl-ezercizzju ta` l-azzjoni pssessorja huwa lecitu li jkunu ezibiti dokumenti jew titoli traslativi tal-proprjeta` li bihom tista` tirrizultaeskluza wi wahda mill-kondizzjonijet necesasrji ghall-ezercizzju ta` din l-azzjoni; imma dan ikun qieghed isir mhux biex isir l-ezami ta` dawk id-dokumenti in konnessjoni ma` l-effikacja jew l-effettitaghhom guridici, imma sempliciment ghall-prova li minnhomtista` titnissel sabiex l-att li jkun giemaghmul ikun jista` jigi, jew ma jigix, kwalifikat bhala molestja.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni