Referenza: Volum 82 (1998), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 119

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/07/1998
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
ALFRED BUGEJA vs DIRETTUR TAL-HABS U L-AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARREST PREVENTIV - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM - HABS - LIBERTA' PERSONALI - PIENA - TNAQQIS TAL-
Fil-Qosor
Ir-rikorrnet kien gie kkundannat ghall-piena ta` prigunerija mill-Qorti Kriminali. Fis-sentenza makienx jinghad jekk il-perijodu li huwa ghamel f'arrest preventiv pendenti s-sentenza kellux jitnaqqas mill-piena fuqu inflitta. Id-Direttur tal-habs ghalhekk iddecida li r-rikorrent kellu jiskonta l-piena kif kommunikata mill-Qorti minghajr tnaqqis ghall-perijodu li huwa dam f'arrest preventiv. Il-Prim'awla tal-Qorti Civili laqghetit-talbiet tar-rikorrenti u ddikjarat li l-interpretazzjoni tad-Direttur tal-habs li ma jitnaqqasx il-perijodu ta` arrest preventiv in kwistjoni timplika li r-rikorrent kellu jiskonta l-piena kif komminata mill-Qorti minghajr tnaqqis ghall-perijodu li huwa dam f'arrest preventiv. Il-Prim'Awla tal-Qorti Cvili laqghet it-talbiet tar-rikorrenti u ddikjarat li l-interpretazzjoni tad-Direttur tal-Habs li ma jitnaqqasx il-perijodu ta` arrest preventiv in kwistjonitimplika li r-rikorrenti ser jaghnel zmien li mhux kopert minn sentenza ta` Qori kompetenti u danakollu bi ksur ta` l-artikolu 5 (1) (a) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittjiet tal-Bniedem (Kap. 319) u l-artikolu 34 (1) (b) tal-Kostituzzjoni u ghalhekk ordnat li l-intimati jnaqqsu mill-perijodumsemmi fis-sentenza ta` l-4 ta` Ottubru, 1995 il-perijodu kollu kemm ir-rikorrenti dam taht arrest preventiv. Il-Qorti Kostituzzjonali rrevokat fuq appell ta` l-intimati u ddecidiet billi cahdet it-talbiet tar-rikorrent. L-ghazla jekk il-perijodu ta` arrest preventiv jitnaqqasx mill-piena inflittamill-Qorti Kriminali jew le huwa mholli fil-gudizzju diskrezzjonali ta` dik il-Qorti. Jekk fis-sentenza ma jinghad xejn dwar tnaqqis ta` tali perijodu jsegwi li dik il-Qorti ma tkunx uzat dik id-deskrizzjoni mhollija f'idejha u ghalhekk isegwi li l-piena kkomminata ma ghandhiex titnaqqas b'dak il-perijodu ta` arrest preventiv. Ghalhekk ma kien hemm l-ebda ksur tad-drittijiet fondamentali tar-rikorrent ghaliex dan kien ghadu qieghed jiskonta piena fuqu inflitta mill-Qorti Kriminali skond il-ligi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni