Reference: Volume 33E (1948), Part No. 2, Section , Page 238

Judgement Details


Date
02/04/1948
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
FRANCESCO MUSCAT vs CARMELO MUSCAT ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1515 U 1517 TAL-KODICI CIVILI - KONSANGWINEITA' - RETRATT - RINUNZJA
Summary
Min jixtri fond li huwa kellu d-dritt jirkupra kieku l-fond inbiegh lil hadd iehor, jigi li rrinunzja ghad-dritt ta' dak l-irkupru fuq dak il-fond: imma fl-istess hin, bl-akkwist li ghamel, huwa jista' jirreppelli kwalunkwe azzjoni ta' rkupru ta' hadd iehor fuq dak il-fond, specjalment meta dan majkollux titoli pozjuri ghal tieghu ghall-irkupru. Min jixtri bicca minn fond bis-sahha ta' kuntrattli bih tinbiegh lil hadd iehor anki l-bicca l-ohra ta' dak il-fond, ma jigix b'hekk prekluz milli jezercita d-dritt tieghu ta' rkupru fuq dik il-bicca l-ohra, avvolja huwa kien prezenti fuq l-att tal-bejgh ta' dik il-bicca l-ohra li bih huwa stara l-bicca tieghu. Ghax bil-fatt tal-prezenza u l-kooperazzjoni tieghu ghal dak l-att huwa ma rrinunzjax u ma abdikax ghad-dritt tieghu ta' rkupru fuq dik il-bicca l-ohra. Huwa veru li l-ligi taghti d-dritt ta' preferenza lil min jipprezenta c-cedola ta' rkupru tieghu qabel hadd iehor, imma dan jinghad u jsehh meta ma jkunx hemm, jew fin-nuqqas ta' ragunijiet ohra ta' preferenza. Il-konsangwineu li huwa eqreb fid-demm huwa preferut ghall-konsangwineu aktar boghod ghalkemm dan ikun vicin u fil-konkorrenza b'izjed minn titolu wiehed.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info