Referenza: Volum 33E (1949), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 349

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/03/1949
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
LORETO CAMILLERI vs AVV. DR. GEORGE DEGIORGIO ET. NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DOMICILJU - KOMPETENZA - NULLITA' - RESIDENZA - ZWIEG
Fil-Qosor
Il-kuncett tad-domicilju huwa legali, mentri dak tar-residenza huwa "di fatto" u materjali; ghaliex,mentri fir-residenza jidhlu c-cirkustanzi "di fatto" tad-dimora materjali f'post, fid-domicilju majidholx biss it-trasport materjali, imma anki l-"animu" tal-bniedem li jabbanduna l-post ta' l-origini tiehu sabiex imur joqghod band'ohra bil-hsieb li jibqa' hemm - "animus manedi" - liema animu jkunjista' jidher mill-kumpless tal-fatti u c-cirkostanzi. Kull persuna ghandha jkollha domicilju, u ghandha d-domicilju taghha malli titwieled, li huwa dak ta' l-origini, u li ma jista' qatt jigi abbandunat imma biss pozitivament soppjantat favur ta' domicilju iehor li jkun id-domicilju tal-ghazla.U l-ebda persuna ma jista' jkollha aktar minn domicilju wiehed simultaneament. Ir-residenza hija "prima facie" prezunzjoni tad-domicilju; imma din hija prezunzjoni "juris tantum", li ma tigix nieqesbiss bir-residenza ta' dak li jkun, anki ghal zmien twil, f'pajjiz iehor ghax-xoghol jew kummerc tieghu, u anki jekk ikun ittrasferixxa mieghu lill-familja tieghu; ghall-kuntrarju hemm bzonn li jirrizulta minn provi, diretti jew kongetturali, imma precizi u konkludenti, li huwa ma ghandux l-intenzjoni li jirritorna fid-domicilju ta' l-origini. F'materja ta' nullita' ta' zwieg, id-domicilju li jiddetermina l-kompetenza gurisdizzjonali tat-tribunal huwa d-domicilju tar-ragel. Zwieg bejn zewg kattolici, jew bejn tnejn min-nies li xi hadd minnhom ikun kattoliku, huwa null jekk ma jkunx celebratbil-forma preskritta mid-Dritt Kanoniku.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni