Referenza: Volum 33E (1948), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 325

Dettalji tas-Sentenza


Data
18/11/1948
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
GOUDER TANCRED
Partijiet
LORENZO VELLA vs GIUSEPPE BUGEJA BONNICI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"JUS VENANDI" - ART. 1579 U 1580 TAL-KODICI CIVILI - ENFITEWSI - KACCA - LOKAZZJONI
Fil-Qosor
Il-koncessjoni ta' l-uzu ta' raba' ghal skop ta' kacca ghal zmien determinat tammonta ghal lokazzjoni ta' dak ir-raba'. Il-ligi taghna ma taghmel ebda divjet ta' lokazzjoni itwal minn certi perijodi,hlief fil-kaz ta' uzufruttwarji u possessuri ta' beni fedekommissarji u possessuri taht titolu rizolubili, li ma jistghux jaghmlu lokazzjonijiet ghal aktar minn tmien snin fil-kaz ta' beni rustici, uta' erbgha snin fil-kaz ta' fondi urbani; u f'certi kazi anki ghal zmien inqas. Ghalhekk il-lokazzjoni ta' fondi urbani u rustici tista' ssir ghal kwalunkwe zmien, twil kemm ikun twil, purke' jkun determinat, u jkun jirrizulta minn att pubbliku jew skrittura privata jekk jeccedi sentejn fil-kaz ta' fondi urbani, jew erbgha snin fil-kaz ta' fondi rustici. Biex lokazzjoni tigi kunsidrata bhala koncessjoni enfitewtika, mhux bizzejjed li tkun saret ghal zmien ta' aktar minn sittax-il sena, imma hemm bzonn ukoll illi tkun saret taht kondizzjonijiet li jaqblu izjed mad-dispozizzjonijiet tal-ligili jiggvernaw l-enfitewsi milli dawk dwar il-lokazzjoni; u ghalhekk avvolja l-lokazzjoni ssir ghal zmien li jeccedi sittax-il sena, hija bizzejjed skrittura privata; u ma hemmx nullita' tal-lokazzjonimhabba nuqqas ta' formalita ta' l-att pubbliku li hu rikjest fil-kaz ta' koncessjoni enfitewtika.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni