Reference: Volume 82 (1998), Part No. 2, Section , Page 570

Judgement Details


Date
05/10/1998
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D., SAID PULLICINO JOSEPH
Parties
CONCRETE MIX LIMITED vs PAUL PSAILA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 167 TAL-KODICI TA' PROCEDURA CIVILI - IR-RIT ANTIK - PROCEDURA BIL-GILJOTTINA - PROCEDURA SOMMARJA SPECJALI
Summary
Il-konvenut appellat espona ili huwa rceva citazzjoni bil-procedura sommarja specjali hekk imsejjha"bil-giljottina" sabiex jidher l-ghada meta huwa assolutament ma setax ghaliex kellu mpenji ta' gravita' u riskju ta' certa portata ekonomika. L-artikolu 167/170 tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili kien gew emendati bl-Att numru XXIV ta' l-1995 biex jassiguraw illi l-konvenut kellujigi mharrek biex jidher mhux aktar kmieni minn hmistax-il jum min-notifika ta' l-att tac-citazzjoni, li ovvjament ifisser illi l-konvenut imharrek f'din il-procedura kellu jinghata minimu ta' zmien ta' hmistax-il jum biex ikun jista' jipprepara d-difiza tieghu u jikkontesta t-talbiet attrici. Huwaminnu illi dik l-emendi dahlet fis-sehh fl-1 ta' Ottubru, 1996 u allura xi xhur wara li kienet gietdeciza l-kawza taht ezami. Dan ifisser illi l-procediment li qed jigi ezaminat kien ghadu qed jigiezaminat kien ghadu qed jigi rregolat bil-ligi kif kienet qabel ma giet emendata. Ligi li kienet ferm aktar ristrettiva ta' l-opportunita' tal-konvenut iccitat b'din il-procedura biex jiddefendi ruhu tant illi l-artikolu 169 kien allura jipprovdi illi l-att tac-citazzjoni kellu jigi notifikat fuqil-konvenut fi zmien jumejn tax-xoghol u li dan seta' jigi notifikat fuq il-konvenut fi zmien jumejntax-xoghol u li dan seta' jigi ordnat jidher quddiem il-Qorti minn jum iehor u f'kull kaz mhux anqas mnn jumejn ohra tax-xoghol mid-data tan-notifika jekk il-konvenut ikun jirrisjedi fil-Gzira ta' Malta. Issa, skond l-artikolu 103 tal-Kap. 12, anke kif kien allura fil-ghadd taz-zmien, il-gurnata tinghad ta' 24 siegha, liema zmien kellu jitqies li jaghlaq il-gurnata ta' wara fis-siegha stabbilitaghall-gheluq tar-Registru. Dan ifisser illi meta l-artikolu 169, kif kien allura, jiddisponi illil-konvenut seta' jigi ordnat jidher il-Qorti minn jum ghall-iehor, il-ligi zgur kienet qed taghti rimedju minimu ta' jum shih lill-konvenut biex jidher. Jum li skond l-artikolu 103 kellu jkun ta' 24siegha li kien jaghlaq, fil-kaz taht ezami sal-hin ta' l-eghluq tar-Registru tal-Qorti, fil-jum ta'wara n-notifika ta' l-att tac-citazzjoni. Il-kelma "jum" kellha u ghandha kannotazzjoni guridika preciza u kellha tigi nterpretata skond kif il-ligi tal-procedura tiddisponi. Fil-kaz taht ezami huppruvat bil-fatti u anke mhux ikkontestat illi l-konvenut inghata biss ftit sieghat bejn il-hin metagie nnotifikat bl-att tac-citazzjoni u l-hin meta hu kien ordnat biex jidher quddiem il-Qorti. Daniz-zmien ma kienx jissodisfa l-vot tal-ligi kif kienet allura u certament kien wisq anqas jissodisfa l-ispirtu tal-ligi fid-dawl ta' l-emendi ta' l-Att XXIV ta' l-1995 ghall-provvedimenti li jirregolaw din il-procedura specjali li kienu diga' gew approvati mil-legislatur imma kienu ghadhom ma gewxfis-sehh. Fic-cirkostanzi l-Qorti ta' l-Appell anullat is-sentenza ta' l-Ewwel Qorti u rrimettiet lura l-atti ghall-kontinwazjoni skond il-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info