Reference: Volume 82 (1998), Part No. 1, Section , Page 66

Judgement Details


Date
06/07/1998
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D., SAID PULLICINO JOSEPH
Parties
JOHN SALIBA vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ANNULLAMENT TA` - ESPERT - FINGER PRINTS - INDIPENDENZA - PROCEDURI KRIMINALI - RIMEDJU - SENTENZA KRIMINALI - SMIGH XIERAQ - XHUD - ZMIEN RAGONEVOLI
Summary
F'din il-kawza r-rikorrent qieghed jitlob rimedji ghax qed jghid li ma tharisx id-dritt fondamentalitieghu ghal smigh xieraq fi zmien ragonevoli fi proceduri gudizzjarji, taht l-artikolu 39 (1) al-Kostituzzjoni ta` Malta u taht l-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. L-ilment tar-rikorrent kien duplici: huwa kien qieghed jilmenta minn zmien li hadet il-Qorti biex iddecideit il-kaz tieghu, kien qiegehd jilmenta ukoll billi s-sejbein ta` htija tieghu kien jiddependi fuqxhieda ta` esperti dwar il-finger prints li kienu mpjegati tal-pulizija. Il-Prim'Awla tal-Qorti Civili sabet biss li kien hemm ksur tad-dritt ghas-smigh kien ragonevolment mistenni u f'dan ir-rigward tat lir-rikorrent kumpens ta` Lm500. Dwar l-ilment li l-esperti li xehdu fil-kaz ma kinux indepiendenti l-Qorti dehrilha li la darba ma kienx oggezzjona fil-kors ta` proceduri kriminali ma setax izjed jilmenta dwar dan il-fatt billi kellu rimedju disponnibbli ghaliha. Il-Qorti Kostituzzjonali rrevokat, sabet li kien hemm ksur tad-dritt ghas-smigh xieraq fuq il-bazi taz-zewg ilmenti mressqa u ghalhekk annullat is-sentenza tal-Qorti Kriminali b'liema r-rikorrent kien gie kkundannat ghall-pienata` prigunerija. Il-Qorti kkonkludiet li s-sejbien ta` htija ta` l-akkuzat kienet imsejsa biss fuqil-prova ta` l-esperti tal-finger prints, il-mod kif gew elevati dawk il-prints kien xejn rakkomandabbli. L-esperti, bhala impjegati tal-pulizija, ma kinux jaghtu affidabilita` ta` indipendenza rikjesta mil-ligi. Inoltre, ma kien lanqas korett li jinghad li l-akkuzat kellu opportunita` sufficienti li jirrikuza lill-dawn l-esperti. Ghalhekk il-Qorti sabet li kien hemm ksur tad-dritt ghal smighxieraq sia billi tali smigh ma sarx fiz-zmien ragonevoli, sia ukoll ghaliex id-decizjoni kollha kienet tistrieh fuq id-decizjoni ta` esperti li la kienu indipendenti u lanqas imparzjali. F'tali cirkostanzi r-rimedju ghall-ksur tad-drittijiet ta` l-akkuzat b'mod tant serju kellu jkun li s-sentenza tal-Qorti ta` l-Appell Kriminali tigi annullata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info