Reference: Volume 82 (1998), Part No. 2, Section , Page 556

Judgement Details


Date
05/10/1998
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, CAMILLERI JOSEPH D., AGIUS CARMEL A.
Parties
RITA ARMLA MINN ESPEDITO COLEIRO vs JOSEPH G. COLEIRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 1078, 1141 TAL-KODICI CIVILI - IMGHAX - INTERPELLANZA - KAPITAL - MOROZITA' - SELF
Summary
L-attrici bhala eredi ta' zewgha agixxiet ghall-hlas lura ta' kapital u imghax li zewgha kien sileflis-socjeta' konvenuta. Il-Qorti tal-Kummerc iddecidiet il-kawza billi ddikjarat li fuq il-krediturreklamat mill-attrici fic-citazzjoni m'ghandhomx jghaddu imghaxijiet. Ir-regola tad-Dritt Civili illi fis-self mhux dovut imghax kemm-il darba ma jkunx miftiehem hi applikabbli anke ghal self kummercjali. Meta l-imghax mhux miftiehem, dan jibda jiddekorri minn meta l-kreditur jinterpella d-debitur ghall-hlas, dan sakemm ma jkunx jirrizultaw cirkostanzi li jiddeterminaw il-gurnata li fiha l-obbligazzjoni kellha tigi esegwita u allura d-debitur ikun in mora. Fil-kaz in ezami, il-ftehim ma stabbilixxa l-ebda zmien li fih il-kreditur kellu jigi mhallas lura. Kien inerenti f'dak il-ftehim li s-socjeta' setghet tibqa' f'certi determinati cirkostanzi tuzufruwixxi mil-loan account sakemm il-mutwant jibqa' socju. Dan ifisser illi dak li qabel kien azzjonista seta' jesigi, jekk ried, il-hlas lura meta ma jibqax socju. Azzjoni fakoltattiva in kwantu l-ftehim ma kien jipprovdi ghal ebda terminu meta kellu jsir il-hlas lura. Jekk fil-ftehim ma jkunx gie stabbilit ebda zmien biex tigi sodisfatta l-obligazzjoni, id-debitur ma jigix imqieghed in mora hlief wara li jigi msejjah b'att gudizzjarju. Il-Qorti ta' l-Appell irriteniet illi ghandu jibda jiddekorri l-imghax fuq is-somma ta' self lil-istess socjeta' konvenuta rrikonoxxiet li kien dovut lill-attrici tant illi l-kapital gie minnhamhallas. Dan l-imghax hu dovut minn dik id-data sad-data meta fil-mori ta' din il-kawza thallas il-bilanc tas-self dovut lill-attrici skond l-iskrittura ta' l-1947 fuq citata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info