Reference: Volume 82 (1998), Part No. 2, Section 1, Page 991

Judgement Details


Date
05/10/1998
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., MANCHE` ALBERT
Parties
ADRIAN SIVE AAD DE HAAN NOE vs DOTTOR TONIO FARRUGIA ET NOE PRO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLI 156, 843 (2) TAL-KAP. 12 TAL-KODICI TA' ORGANIZZAZZJONI U PROCEDURA CIVILI - KAWZA GHALL-JEDD IMSEMMI FIL-MANDAT - KONVENJU - MANDAT TA` INIBIZZJONI - TIFSIRA CARA U SEWWA TA' L-OGGETT U TAR-RAGUNI TAT-TALBA
Summary
L-attur agixxa wara l-hrug ta' Mandat ta' Inibizzjoni fejn talab lill-Qorti tinibixxi lill-konvenutib'mod definitivvament milli jbieghu, jittrasferixxu jew b'xi mod jiddisponu mill-proprjeta' immobbiljarja kif deskritta fil-kuntratt ossia konvenju. L-Ewwel Qorti laqghet l-eccezzjoni tal-konvenutifis-sens illi l-attur kien obbligat illi jipprezenta kawza ghall-jedd imsemmi fit-terminu u li ma kinitx koncepibbli talba ta' projbizzjoni perpetwa. Il-Qorti ta' l-Appell, filwaqt illi kkonfermat is-sentenza ta' l-Ewwel Qorti, irriteniet illi anke kieku wiehed kellu jeskludi li t-talba hija biex il-mandat ta' inibizzjoni stess jigi estiz definittivament, it-talba, fl-ahjar ipotesi ghat-tezi ta'l-attur, hija biex il-konvenuti jigu ordnati ma jbieghux il-proprjeta' biex jibqghu mpregudikati id-drittijiet naxxenti mill-konvenju, pero' dawn id-drittijiet mhumiex specifikati u lanqas ma hemm indikat terminu. Ghalhekk, l-attur naqas li jiddeduci t-talba d-dritt mhuwiex specifikat izda hemm biss referenza generika ghad-drittijiet stipulati bil-konvenju, meta dan id-dokument lanqas biss gie esebit. Jinghad ukoll ghall kull buon fini li anke kieku l-konvenju gie esebit mac-citazzjoni dan makienx ut sic jirrendi t-talba "cirkoskritta jew determinata". It-talba tkun "cirkoskritta" jew "determinata" minn kif tkun ifformolata hi stess u mhux b'semplici referenza ghal xi dokument esebit. Ghalhekk l-osservazzjoni maghmula hawn fuq dwar in-nuqqas ta' esebizzjoni tal-kopja tal-konvenju saret biex jigi ssottolineat kemm l-attur agixxa b'mod traskurat. Pero' anke kieku esebixxa l-konvenjumac-citazzjoni ma kienx b'hekk jissana t-talba li hija mproponibbli ghaliex, filwaqt li titlob li l-Qorti "tinibixxi lill-konvenuti b'mod definittivament (sic) milli jbieghu, jittrasferixxu jew b'xi mod iehor jiddisponi mill-proprjeta' mmobbiljari, kif deskritta fil-kuntratt ossia konvenju, lil terzi persuni u dana biex id-drittijiet ta' l-attur nomine" ma jkunux ippregudikati, ma titlobx li jiguddikjarati liema huma dawk id-drittijiet. It-talba ma tissodisfax ir-rekwizit mpost bl-artikolu 156(1) (a) tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili li hu li c-citazzjoni ghandu jkun fiha "tifsir car u sewwa ta' l-oggett u r-raguni tat-talba" u konsegwentement lanqas ma tissodisfa d-dettami ta' l-artikolu 843 (1) tal-Kap. 12, li bihom l-attur huwa obbligat jipprezenta kawza ghall-jedd imsemmi fil-Mandat ta' Inibizzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info