Reference: Volume 33F (1948), Part No. 4, Section , Page 758

Judgement Details


Date
06/12/1948
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs ARTHUR S. MORTIMER, A.&C.E.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"INFORMATION" - "SCHEDULE OF WORKS" - ART. 372 PAR. 2 U 646 TAL-KAP. 12, U ART. 75 TAL-WAR DAMAGE ORDINANCE 1943 - CITAZZJONI - HSARA TAL-GWERRA - NULLITA' - PERIZJA - PROVA
Summary
Ic-citazzjoni quddiem il-Qorti Kriminali tal-Magistrati ma hix hlief mod ta' prezentazzjoni ta' l-imputat quddiem l-awtorita' gudizzjarja, meta ma hux indispensabili l-arrest. Dan hu l-karattru essenzjali tac-citazzjoni; liema karattru ma jigix nieqes bil-fatt li l-ligi tghid illi c-citazzjoni ghandha ssemmi, barra mill-persuna mharrka, anki bic-car imma fil-qosor, il-fattijiet tal-kawza, il-partikularitajiet ta' zmien u ta' lok li huma mehtiega jew li jkunu jistghu jinghataw. B'mod li jekk ic-citazzjoni tkun difettuza f'dawn il-partikularitajiet ma jkunx hemm lok ghan-nullita' tac-citazzjoni. Ix-"schedule of works" li jibghat lill-War Damage Commission il-perit imqabbad mis-sid tal-bini,u bhala "agent" tieghu, hija information fis-sens ta' l-art. 75 tal-War Damage Ordinance, 1943; u jekk it-taghrif kontenut f'dik ix-"schedule" huwa falz, dak il-perit ikun hati li ta lill-War Damage Commission taghrif qarrieqi f'dil-haga importanti. Il-prova tal-falsita' ghandha ssir mill-Prosekuzzjoni. Jekk din ma tippruvax li kien hemm xi cirkustanza ta' fatt eskludenti l-hsara tal-gwerra u likienet maghrufa mill-perit jew li huwa seta' jkun jaf biha bl-ezercizzju tad-diligenza mehtiega, jew jekk dik il-prova tigi dezunta mix-xorta tal-hsara u din il-prova tkun fis-sens ta' opinjoni dibattibili, l-akkuza ma hix sostnuta. In-nomina ta' esperti, f'materja teknika, tmiss biss lill-Qorti;u l-perizja "ex parte" ma hix ammessa bhala prova. Fil-War Damage Ordinance ma hemm ebda dispozizzjoni li tawtorizza lill-Qorti li tinnomina bhala perit lil xi espert tad-Dipartiment interessat, bhalma hemm f'xi ligijiet ohra.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info