Referenza: Volum 33F (1947), Parti Nru. 4, Taqsima 1, Paġna 547

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/12/1947
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
BORG GORG, GANADO E., HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-MAESTA' TIEGHU R-RE vs KARMNU VELLA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"HEARSAY EVIDENCE" - ART. 598, 641 U 452 TAL-KODICI KRIMINALI - PROVI - XHIEDA TAL-KO-IMPUTAT
Fil-Qosor
Id-dikjarazzjonijiet ta' ko-imputat, in kwantu li jigu riferiti minn xhieda ohra, huma evidentement"hearsay evidence", li ma hix bhala regola ammissibili. Imma jekk il-ko-imputat ikun gie processatseparatament u kundannat, il-process tieghu spicca u huwa jsir xhud legalment producibili; u l-Prosekuzzjoni ghandha ggib bala prova lil dak l-istess ko-imputat, u mhux taghti prova tad-dikjarazzjonijiet tieghu permezz tax-xhieda ta' hadd iehor. Pero' dawn id-dikjarazzjonijiet jistghu jissemmew meta huma jiffurmaw parti integrali u inxindibili ta' xi dikjarazzjonijiet ta' l-istess "transaction";Biex il-Qorti tammetti eccezzjonalment il-"hearsay evidence", iridu jirrikorru cirkustanzi specjali. Meta l-ko-imputat ikun gie processat separatament u kundannat, u ghalhekk isir xhud legalment producibili, il-prosekuzzjoni tista' tipproducih fil-process kontra l-ko-imputat l-iehor avvolja ma tkunx indikat ismu fin-nota tax-xhieda. Xhieda li ma jkunux gew indikati fin-nota ma jistghux jingiebuminghajr permess specjali tal-Qorti, u dan il-permess jingata meta l-prova li trid issir bihom hijarilevanti u l-akkuzat ma jkunx sofra hsara billi l-prova ma tkunx giet offerta fin-nota. Il-Kelma"hsara" fil-meterja ma tikkonsistix fl-effikacja" tal-prova, imma tfisser biss illi ma ghandux ikunhemm sorpriza li tivvjola l-leata' u l-buona fede tad-diskussjoni, b'mod illi l-parti avversa tkunimqieghda f'diffikulta li tikkontrapponi difiza valida kontra dik il-prova.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni