Reference: Volume 35B (1951), Part No. 2, Section , Page 375

Judgement Details


Date
16/03/1951
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
GRAZIA EBEJER vs GIACOMO VELLA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 442 (1) U (2) U 443 TAL-KODICI CIVILI - ILMA TAX-XITA - SIEQJA
Summary
Ghalkemm il-proprjetarju tal-fond superjuri ghandu d-dritt li jdahhal fil-fond tieghu l-ilma tax-xita li jiskorri fuq it-triq publika bi preferenza tas-sid tal-fond inferjuri, eppure sid il-post superjuri ma jistax ibiddel jew jaltera l-livell tat-triq; huwa jista' jaghmel mod li jsuq biex jigbor l-ilma li ikun niezel skond il-pendil ta' l-istess triq. Huwa lecitu li wiehed izomm kondott sabiex jiffacilita l-passagg ta' l-ilma fil-fond tieghu; bil-kondizzjoni, pero', li jsodd dak il-kondott meta l-possessur ta' fond li jkun hemm fih sigar ikollu bzonn ta' l-ilma biex isaqqilhom. Gie deciz ukoll illi r-regola li tissubordina d-dritt u l-preferenza ghas-sitwazzjoni tal-postijiet hija hija stess subordinata u suggetta ghar-regola l-ohra li ghandha jkollha setgha meta wiehed mill-proprjetarji ikollu bzonn ta' l-ilma ghall-uzu tal-bniedem, jew ghax-xorb ta' l-annimali, jew ghat-tisqija tas-sigar li ordinarjament ikollhom bzonn it-tisqija. Dawn ir-regoli huma ntizi biex jirregolaw l-interessi u d-drittijiet tal-privati; izda huma limitati u cirkoskritti minn htigijiet ta' ordni publiku.Dan id-dritt li jigi migbur l-ilma mit-triq publika huwa mill-ligi moghti lill-frontisti, u mhux ukoll lil min ma jkunx frontista; imma l-frontista li ghandu dak id-dritt ma jistax, minghajr ma jigbor l-ilma ghalih, jiddevja dak l-ilma mexxej a pregudizzju tal-frontisti l-ohra fuq l-istess triq lijigu f'livell inferjuri; u kwindi lanqas ghandu dritt jaghti l-kunsens tieghu biex dak l-ilma jigidevjat minn haddiehor. U dan aktar u aktar meta, kieku stess dak il-frontista ried jigbor dak l-ilma ghal xi uzu iehor li ma hux l-uzu tal-bniedem, jew ix-xorb ta' l-annimali, jew it-tisqija tas-sigar, kien ikollu, avvolja l-fond tieghu jigi f'livell superjuri, icedi l-ilma lill-fondi ohra li qeghdin f'livell inferjuri qabel ma jibda jiehu huwa dak l-ilma kif trid il-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info