Referenza: Volum 45D (1961), Parti Nru. 4, Taqsima 2, Paġna 963

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/05/1961
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs E/L25606 LEADING STEWARD VICTOR DALMAS
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 644, 216, 222, U 23 TAL-KODICI KRIMINALI - ATT TAT-TWELID - ATTENTAT VJOLENT GHALL-PUDUR - IDENTIFIKAZZJONI TAL-IMPUTAT - PROVA
Fil-Qosor
Hu certament deziderabbli illi l-identifikazzjoni tal-imputat issir bla ma dak li jkun imsejjah biexjidentifika jigi b'xi mod, anki involontarjament, suggestjonat; u hi nota l-prattika rakkomandata f'certi kazijiet, fis-sens li f'identifikazzjoni simili, meta jkun jehtieg, jingabru xi persuni, pju'o meno tal-istess eta' u klassi socjali tad-detenut, li jkun jista' jiehu post fejn irid fosthom.Izda, biex issir il-prova tal-identita' tal-persuna li ghandha tigi maghrufa, mhux mehtieg, bhala regola, li x-xhud jaghraf dik il-persuna minn fost persuni ohra, hlief meta l-Qorti, f'xi kaz partikulari, ikun jidhrilha xieraq taghmel dan ghall-finijiet tal-gustizzja. Meta l-vittma ta' attentat vjolent ghall-pudur tirrakkonta f'hix kienu jikkonsistu l-atti kostitwenti l-attentat, il-Qorti ma tistghax izzid ma' dak li qalet il-vittima dak li persuna ohra tghid li kienet qalitulha l-istess vittima immedjatament wara l-fatt; u ghalhekk l-atti nkriminati ghandhom jitqiesu li kienu kif iddeskriviethom il-vittima. L-ahjar prova tal-eta' tal-vittima ta' attentat vjolent ghall-pudur hija l-att tat-twelid, u jkun aktar regolari li din il-prova ssir bil-produzzjoni ta' dak l-att; imma dan in-nuqqas ma jgibx ghal nuqqas ta' prova li l-vittima hija taht l-eta', meta dan jirrizulta mic-cirkustanzipartikulari tal-kaz. Il-beneficcju tal-art. 23 tal-Kodici Kriminali ma ghandux jinghata indiskriminatament, imma wara li jitqiesu n n-natura u c-cirkustanzi tar-reat; jigifieri, in linea ta' massima,u salvi xi kazijiet eccezzjonali difficilment prevedibbli, illi dak il-beneficcju ghandu jinghata meta jkun hemm xi cirkustanzi li ma jammontawx, "stricto jure", ghall-attenwanti jew dirimenti legali, eppure, taht aspett iehor, mhux legali, izda "commiserationis causa", jistghu talvolta jinducu lill-Qorti li tittempera r-rigur tal-ligi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni