Reference: Volume 45D (1961), Part No. 3, Section , Page 796

Judgement Details


Date
25/04/1961
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
N/A
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 2134, 2114, 2135, 2137, 2113(C), 2138(1), 2145, 2146(1) (2) TAL-KODICI CIVILI. - FALLIMENT - IPOTEKA - PRIVILEGG - SOLIDARJETA' - VERIFIKA TAL-KREDITI
Summary
Debiti li huma nkorsi mill-fallit flimkien ma' neguzjant iehor ghandhom jigu jidhlu fl-inventarju tal-passiv tal-fallitt fl-interezz taghhom, ghaliex fl-obligazzjonijiet kummercjali hemm il-prezunzjoni li l-kondebuturi huma obligati solidament, fin-nuqqas ta' ftehim kuntrarju. Il-privilegi u l-ipoteki ghandhom jigu diskussi tal-verifika kwantu ghall-ezistenza taghhom; u tibqa' mbghad rizervata ghall-gudizzju tal-gradwazzjoni d-decizjoni dwar il-grad taghhom. Il-privilegi specjali fuq l-immobili ma ghnadhomx effett jekk ma jigux registrati fir-Registru Pubbliku fi zmien xahrejn mill-jum tat-terminazzjoni tax-xogholijiet partikulari li in rigward taghhom jigi reklamat il-privilegg, u mhux mill-kompiment ta' xogholijiet ohra li talvolta jsiru posterjorment fl-istess fond minn persuni ohra.Il-privilegi specjali fuq l-immobili ma ghandhomx effett jekk ma jigux registrati fir-Registru Pubbliku fi zmien xahrejn mill-jum tat-terminazzjoni tax-xogholijiet partikolari li in rigward taghhom jigi reklamat il-privilegg, u mhux mill-kompiment ta' xogholijiet ohra li talvolta jsiru posterjorment fl-istess fond minn persuni ohra. Il-privileggi specjali fuq hwejjeg mobili mhumiex suggetti ghall-inskrizzjoni. L-ipoteki legali gudizzjali jew konvenzjonali, u ma ghandhomx effett jekk ma jiguximnizzla fir-Registru Publiku; u ma jiehdux grad hlief minn dak inhar li jigu hekk inskritti. U dinl-inskrizzjoni ma ghandhiex effett jekk tigi maghmula fi zmien meta id-debitur ikun fi stat ta' falliment, jew jekk jigi pruvat li l-kreditur, fiz-zmien tal-inskrizzjoni, kien jaf b'cirkustanzi li setghu jgieghlu lid-debitur jiddikjara falliment. Dan, pero', ma jghoddx, u kwindi l-inskrizzjoni jkollha effett, ghal dawk il-privilegi u ipoteki li jkunu gew akkwistati qabel il-jum fuq imsemmi, jigifieri l-jum li fih id-debitur kien fi stat ta' falliment, jew li fih il-kreditur isir jaf b'cirkustanzi li setghu jgieghlu lid-debitur jiddikjara falliment, jekk iz-zmien utili ghall-konservazzjoni ta'dawk l-ipoteki jew privilegi jkun ghadu ma skadiex. Ic-cirkustanzi atti biex jinducu d-debitur jiddikjara falliment huma dawk li, billi juru b'mod aktar qawwi d-dissest, igieghlu lid-debitur jitlefil-kreditu, u fil-hsieb ta' nies ta' prudenza ordinarja jnisslu l-previzjoni ta' rovina imminenti tad-debitur.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info