Referenza: Volum 41D (1957), Parti Nru. 2, Taqsima 3, Paġna 954

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/03/1957
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
SALVATORE VELLA vs FELICE CAMILLERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 480 (1) U 1443 TAL-KODICI CIVILI - BEJGH - DISTANZI LEGALI - ENFITEWSI - RINUNZJA - SERVITU' - TIEQA
Fil-Qosor
Il-ligi tiddisponi illi s-sid ta' bini ma jistax jiftah twieqi f'dak il-bini f'boghod ta' anqas minnzewg piedi u sitt pulzieri mill-hajt divizorju. Din id-distanza tikkostitwixxi servitu' legali ghall-utilita' privata; u ghalhekk l-istess distanza tista' tigi modifikata, u ghall-bzonn rinunzjata,minn min ghandu nteress; u kwindi dik id-dispozizzjoni mhux assoluta. Konsegwentement, jekk wiehedjiehu bicca art b'cens biex jibni fuqha, u fiz-zmien tal-koncessjoni l-koncedent, sid tal-fond vicin, ga kellu tieqa, jew almenu l-hogor taghha, fil-fond tieghu f'distanza inferjuri ghal dik legali, ul-akkwirent ma jaghmel ebda oppozizzjoni ghal dik it-tieqa, u ma jipprotestax ghaliha la bil-fomm ulanqas bil-miktub fl-att tal-koncessjoni, huwa ghandu jirrispetta l-istat tal-fond allura ezistenti, u ma jistghax jitlob il-kundanna ta' sid il-fond vicin biex inehhi dik it-tieqa jew jaghlaqha. Ghax l-aljenant huwa obligat jikkonsenja l-fond lill-akkwirent fl-istat li kien fi zmien l-aljenazzjoni; u din id-dispozizzjoni, li hija dettata mill-ligi ghall-kaz ta' bejgh, hija applikabbli ghall-kazta' koncenzzjoni enfitewtika.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni