Referenza: Volum 41D (1957), Parti Nru. 1, Taqsima 3, Paġna 744

Dettalji tas-Sentenza


Data
11/05/1957
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
JOSEPH MANCHE' vs MARY BUTLER ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AMMISSJONI TAL-IMPUTAT - AZZJONI CIVILI U AZZJONI KRIMINALI - PARTI CIVILI - SPEJJEZ GUDIZZJARJI - TAXXA
Fil-Qosor
Jekk kawza kriminali ispicca b'sentenza favorevoli ghall-parti leza li kienet assistita minn difensur, u dik il-parti leza tottjeni taxxa tal-ispejjez li kellha f'dak l-gudizzju, konsistenti fil-hlastad-drittijiet dovuti lid-difensur li assistiha, u l-parti kuntrarja ma tkunx impunjat dik it-taxxa,dawk l-ispejjez huma dovuti minnha minghajr ma hemm bzonn li fil-kawza civili li l-parti leza taghmel biex tirreklama dawk l-ispejjez jinstemghu il-provi dwar ir-responsabilita' jew le tal-konvenut ghall-hlas tal-ispejjez hekk reklamati. F'kaz simili ma jittrattax mill-indipendenza tal-azzjoni civili mill-azzjoni kriminali, u proprjament mhux il-kaz li t-tribunal civili jkun qieghed jibbaza ruhufuq provi li saru in sede kriminali, imma li t-tribunal ikun qieghed sempliciment jiehu nota tas-sokkombenza tal-konvenut fil-gudizzju kriminali; u l-ispejjezgudizzjarji; ghax allura kien japplika l-principju tal-indipendenza tal-azzjoni civili mill-azzjoni kriminali. Jekk imbaghad il-konvenut kien ssokkomba fil-gudizzju kriminali ghax kien ammetta l-imputazzjoni, dik l-ammissjoni, f'kaz li kellu jsir gudizzju iehor ghad-danni, kienet tikkostitwixxi prova in sede kriminali estensibbli ghall-gudizzju civili, imma bhala konfessjoni, bl-istess mod kif kienet tkun producibbli bhala prova konfessjoni verbali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni