Reference: Volume 41D (1957), Part No. 1, Section 3, Page 735

Judgement Details


Date
16/02/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
GIOVANNI MUSCAT vs MARIA SAMMUT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1017 U 1024 TAL-KODICI CIVILI - BOARD TAL-KERA - KUNSENS - LOKAZZJONI - NULLITA' - OBLIGAZZJONI
Summary
Meta l-inkwilin jaghti l-kunsens tieghu, u jobbliga mill-fond mikri ghandu ghax is-sid ikun adixxa l-Board tal-Kera kontra tieghu biex jiehu dak il-fond taht idejh biex jaghtih lill-ibnu, billi jofrilil dak l-inkwilin "alternative accomodation", u dan billi haseb illi ladarba kien hekk, kien inutili li huwa jikkontesta l-azzjoni quddiem il-Board tal-Kera, dak il-kunsens huwa null jekk jirrizultailli s-sid ried il-fond mhux ghal ibnu, imma biex jaghtieh bhala "alternative accomodation" lil terza persuna, inkwilina wkoll ta' dak is-sid, biex din tohrog ill-fond minnha okkupat u tmur fih, sabiex iben is-sid ikun jista' jmur minflok dik it-terza persuna. Ghax f'kaz simili l-kunsens tal-inkwilin kien l-effett ta' manuvra doluza tas-sid, ta' dolo ezercitat "mill-parti l-ohra", li minghajrudak l-inkwilin ma kienx jaghti l-kunsens tieghu u ma kienx jobliga ruhu li l-kunsens tieghu u ma kienx jobliga ruhu li johrog mill-fond. U ma tiswiex l-allegazzjoni illi in sostanza s-sid jigi li ried il-fond ghal ibnu, billi jargumenta illi, meta l-inkwilin johrog mill-fond u dan jinghata lil terza persuna, din tohrog mill-post li kellha, u hekk iben is-sid imur fil-fond li verament ried; ghar-raguni, fost ohrajn, li s-sid kien jiddikjara li l-fond riedu mhux bhala "alternative accomodation" imma biex imur joqghod fih ibnu. Ghaldaqstant, dak l-inkwilin ghandu d-dritt jirrifjuta li johrog mill-fond, u jinvoka n-nullita tal-obligazzjoni minnu assunta, minhabba li kienet bazata fuq kunsens vizzjat bl-ghemil doluz tal-parti l-ohra.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info