Referenza: Volum 41D (1957), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 816

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/01/1957
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
GIUSEPPE CACHIA vs MARY DEGUARA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ALIMENTI - ART. 1265 TAL-KODICI CIVILI - AZZJONI - AZZJONI "DE IN REM VERSO" - MARA
Fil-Qosor
Il-karattru tal-azzjoni ma jistax jigi dezunt mill-kliem, bejn wiehed u iehor ezatt, uzati fl-att promotorju tal-gudizzju, imma principalment u unikament mill-iskop li ghalieh ikun jimmira l-istess gudizzju, li huwa l-veru oggett tat-talba. Bhala regola, meta l-obligazzjoni tigi annullata mhabba inkapcita` ta` wiehed mill-kontraenti, ma taghtix lill-kontraent l-iehor ebda dritt ghar-restituzzjonita` dak li jkun gie moghti, jew ta` dak li jkun gie mhallas in forza ta` dik l-obligazzjoni; imma din ir-regola hija suggetta ghall-eccezzjoni fil-kaz li jigi pruvat li l-haga moghtija jew imhallas tkun avvantaggjat lil min kontra tieghu issir l-azzjoni. Ghall-finijiet tal-azzjoni "de in rem verso" mhux bizzejjed li jkun hemm il-versament tal-flus, imma irid ikun hemm il-verzjoni utili ta` dawkl-istess flus; u hawn bizzejjed li dak il-vantagg kien jezisti fil-mument tal-versament, minghajr mahemm bzonn lil-istess vantagg ikun baqa` jissussisti fil-mument meta tigi esperita l-azzjoni "de inrem verso". Jekk jittratta minn flus li servew ghall-alimenti ta` mara u ta` uliedha, li ma tkunxmifruda minn zewghha, imma li tkun fil-mument tal-versament tal-flus separata minnu, minghajr ma tkun tilfet id-dritt taghha ghall-alimenti kontra zewghha; l-azzjoni ghar-restituzzjoni ta` dawk il-flus bhala azzjoni "de in rem verso' mhix sostenibbli kontra l-mara ghax jonqos wiehed mill-elementi rikjesti gahll-perfezzjonament u kompletament tal-azzjoni utili; imma jekk jigi pruvat li fil-fatt dawk il-flus servew ghall-alimenti ta` dik il-mara u ta` uliedha, javvera ruhu l-arrikkiment tal-patrimonju tar-ragel, u n-nuqqas fih ta` xi fatt guridiku li jawtorizzah izomm dak l-arrikiment; u ghalhekk l-azzjoni utili kontra tieghu hija sostnuta.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni