Reference: Volume 41D (1957), Part No. 1, Section 3, Page 712

Judgement Details


Date
15/01/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
CALCEDONIO CIANTAR vs SALVINO CAMENZULI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Summary
Att uniku ta' immoralita' kommess fil-fond mikri ma jiggustifikax azzjoni tas-sid tal-post ghar-rizoluzzjoni tal-lokazzjon ta' dak il-post taht il-"White Slave Traffic Ordinance", ghaliex l-artikolu rilevanti ta' dik il-ligi specjali jipprezumi certa abitwalita', u l-ispirtu ta' dik il-ligi huwa nformat ghar-repressjoni tal-"White Slave Traffic". Imma r-rizoluzzjoni tal-lokazzjoni hija sostenibbli taht il-ligi civili ordinarja; u dan tant ghaliex bil-kommissjoni ta' dak l-att fil-fond mikri ghandu l-inkwilin ikun inqeda bil-post mhux bhala "bonus pater familias", u kemm ukoll ghaliex ikun inqeda bil-fond b'mod li ghamel hsara lis-sid. Biss, il-vjolazzjoni trid tkun bizzejjed gravi biex tillegittima x-xoljiment tal-lokazzjoni. Ghaldaqstant, jekk il-konduttur ta' hanut tax-xorb li hu ankit-titolar tal-licenzja tal-hanut, jikkommetti att ta' korruzzjoni ta' minorenni fil-hanut mikri ghandu, u jigi kundannat kriminalment ghal dak id-delitt, it-talba tas-sid biex tigi rizoluta l-lokazzjoni ta' dak il-hanut hija gustifikata; ghax jigi li hu nqeda bil-hanut mhux bhala missier tajjeb tal-familja, u wkoll ghaliex ikun ghamel hsara lil sid il-hanut bl-isem hazin li jkun ta lill-fond.Xejnma jiswa li l-licenza tal-hanut ma hix tas-sid, imma tal-istess konduttur, ladarba l-post kien mikri biex iservi bhala hanut kif lanqas ma tiswa c-cirkustanza li s-sid oppona ruhu li l-licenza tal-hanut iddur fuq il-hadd iehor.Kwantu ghall-purgazzjoni tal-mora, il-Qorti tista' tikkoncediha meta l-kondizzjoni rizolutiva tkun tacita, u ma tkunx giet espressament miftiehma r-rizoluzzjoni tal-lokazzjoni fil-kaz ta' vjolazzjoni tal-obligazzjonijiet derivanti mill-kuntratt tal-lokazzjoni. Imma fil-kaz prezenti l-Qorti dehrilha li c-cirkustanzi tal-kaz ma kienux jissuggerixxu l-koncessjoni ta' danil-beneficcju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info