Referenza: Volum 41D (1957), Parti Nru. 1, Taqsima 3, Paġna 788

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/11/1957
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
ANTONIO VELLA vs GERARDA MALLIA NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 755 TAL-KAP. 15 - KOMPETENZA - LOKAZZJONI - RICEVUTA - SPEJJEZ GUDIZZJARJI - VALUR
Fil-Qosor
F'kawza fejn jintalba li tigi rilaxxjata ricevuta, il-valur involut fil=kawza jiddependi mill-valu tal-obligazzjoni li ghaliha dik l-ircevuta tirriferixxi; fis-sens illi, jekk il-valur ta` dik l-obigazzjoni hu indeterminat jew indeterminabbli b'xi wiehed mill-modi preskritti mill-ligi, allura l-kawza tohrog, minhabba l-valur, mill-kompetenza limitata tal-Qorti tal-Magistrati. Kollox jiddependi mill-valur tal-obligazzjoni in konteza. B'ligi, anki meta t-talba tkun "Ab initio" ta` kompetenza inferjuri, jista` jaghti l-kaz li l-Qorti tigi ezawtorata "ope exceptionis" cjoe` minhabba l-valur tal-kontestazzjoni. B'mod li, jekk il-valur tal-ircevuta mitluba jku ta` kompetenza inferjuri, imma l-konvenut jikkontesta li difacc l-attur, liq ieghed jitlob dik l-ircevuta bhala ricevuta ta` kera mhallas minnu, ma tezistix lokazzjoni allura l-Qorti tigi ezawtorata jekkk il-valur tal-lokazzjoni kontestata johrog mill-kompetenza inferjuri. Jekk dan il-valur, skondir-regoli tal-lig, jirrizulta li hurijentranti fil-kompetenza tal-Qorti Inferjuri, il-Qorti li ghandha teihu konjizzjoni tal-kawza hija l-Qorti tal-Magistrati. Jekk l-eccezzjoni tal-kompetenza "ratione valoris" ma tkunx giet sollevata mill-konvenut, imma tkun issollevata l-istess Qorti "ex offcio", u l-kawza tigi appellata, u l-Qortit al-Appell tafferma l-kompetenza tal-QortiInferjuri, u ghalhekk tirrevoka s-sentenza li ddikjaratl-inkompetenza ta` dik il-Qorti u tirrinvija l-attijiet tal-kawza quddiem dik l-istess Qorti, gaht-trattazzjoni u decizjoni tal-meritu, hu xieraq li l-ispejjez relativi ghal dan l-incident tal=kompetenza jigi rizervat ghad-decizjoni finali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni