Reference: Volume 41D (1957), Part No. 1, Section , Page 684

Judgement Details


Date
15/11/1957
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
CHARLES PACE ET. NE. vs PHILIP AGUIS ET. PR. ET. NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1030 U 1033 TAL-KODICI CIVILI - ART. 352(T) TAL-KODICI KRIMINALI - KAWZA ILLECITA - KONKORRENZA LIBERA - NULLITA' - OBLIGAZZJONI - PENALI
Summary
Hija bla effett kwalunkwe obligazzjoni maghmula fuq kawza illecita; u l-kawza hija illecita meta hija projbita mill-ligi, jew kuntrarju ghall-ghemil xieraq jew ghall-ordni publiku; u konvenzjoni hijakontra l-ordni publiku meta hija kontra l-interess generali. Il-kwistjoni tal-legalita' jew le tal-konvenzjoni minhabba kawza illecita tista' tigi sollevata mill-Qorti "ex officio". Huwa kontra l-interess generali, u kwindi null, kull ftehim li jillimita l-konkorrenza libera. Biex tavvera ruhhadin il-kontravvenzjoni ghall-ordni pubbliku jehtieg jikkonkorru tliet elementi:- 1. Ghaqda ta' niesl-istess professjoni jew sengha; 2. il-fehma ta' din l-ghaqda li tgholli jew trahhas il-prezz ta' xihwejjeg jew ta' xi xogholijiet, jew biex taghmel xi kondizzjonijiet f'dak li jmiss il-klassi taghom; 3. u l-hsara jew l-pregudizzju tal-publiku. In kwantu ghall-ewwel element, l-ghaqda ma hemmx bzonn li tkun tal-membri kollha ta' dawk il-klassijiet; u kwantu ghat-tieni element, huwa bizzejjed lijkun hemm il-konvenzjoni, minghajr ma l-fini jkun gie raggunt, ghax il-potenzjalita' tal-att hija sufficjent skond il-ligi taghna. Xejn ma jiswa li l-ghaqda tkun ftehmet li l-prezz li bih ghandu tinbiegh il-merkanzija li tkun huwa fil-limiti permess mill-ligi; ghax il-fatt li l-Gvern ikun stabbilixxa l-prezz massimu li bih ghandha tinbiegh dik il-merkanzija ma tistax tinbiegh bi prezz inqas. ukwindi, ghalkemm il-Gvern ikun stabbilixxa l-prezz massimu ghal bejgh ta' dik il-merkanzija, huwa illecitu u null il-ftehim bejn dik l-ghaqda ta' nies li jobbligaw ruhhom li ma jbieghu minn dik il-merkanzija , huwa illecitu u null il-ftehim bejn di l-ghaqda ta' nies li jobbligaw ruhhom li ma jbieghux minn dik il-merkanzija bi prezz anqas minn dak il-prezz massimu, ladarba l-Gvern ikun iffissa bissil-prezz masimu, u mhux ukoll il-prezz minimu. Ghaldaqstant ukoll, jekk l-obligazzjoni fis-sens fuq imsemmi tkun saret taht penali li fiha kellu jinkorri min jikser dak il-ftehim u jbiegh minn dik il-merkanzija bi prezz orhos minn dak stabbilit b'dak il-ftehim, dik il-penali m'hix ezigibbli kontramin jikser l-istess ftehim.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info