Referenza: Volum 40A (1956), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 137

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/05/1956
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
GRAZIO MUSCAT vs WILFRED PODESTA' NE. *
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"COST OF WORKS PAYMENT" - "VALUE PAYMENT" - APPELL - KWISTJONI TA' DRITT - WAR DAMAGE COMMISSION
Fil-Qosor
Bhala decizjoni ta' istituzzjoni kwazi-gudizzjarja, id-decizjoni tal-War Damage Commission ghandha tkun razzjonali; u ghalhekk, ghalkemm il-ligi ma tghidux, dik id-decizjoni suppost li tkun motivita,specjalment in vista tal-fatt li l-ligi taghti d-dritt ta' appell fuq kwistjoni ta' punt ta' ligi.Certament raguni jrid ikun hemm, u suppost li din tigi kommunikata lill-interessat. B'dana kollu, biex ikun hemm lok tal-appell, ma hemmx bzonn li l-punt ta' ligi jkun bilfors jirrizulta mid-decizjoni stess li tkun giet kommunikata lill-interessat; imma hu bizzejjed li l-punt ta' ligi li fuqu jsirl-appell jirrizulat involut jew implicitu fid-decizjoni, in kwantu d-decizjoni tkun ittiehdet bis-sahha ta' principju interpretattiv tal-ligi li l-appellant jikkontesta. Jekk decizjoni tal-War DamageCommission, fis-sens li "claim" jikkwalifika ghal "value payment" minflok ghal "cost of works payment", tkun bazata fuq il-konsiderazzjoni tal-uzu li ghalieh il-fond kien destinat u tal-istruttura tal-fond, dik id-decizjoni tkun hadet u applikat ghall-kaz kriterju interpretattiv tal-ligi fl-applikazzjoni tal-kwalifika tal-"claim" ghal "value payment" minflok ghal "cost of works payment"; u huwa logiku u evidenti li l-kwistjoni ta' x'ghandu jkun il-kriterju biex wiehed fl-applikazzjoni tal-ligijistabbilixxi l-kwalifika tal-"claim" ghal "value payment" inkella ghal "cost of works payment" tikkostitwixxi punt eminentement ta' ligi, li precizament jinterpreta l-ligi fl-applikazzjoni taghha prattika u konkreta ghall-kaz partikulari. U ghalhekk decizjoni simili hija appellabbli.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni