Referenza: Volum 40A (1956), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 119

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/04/1956
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
MAGGUR JOHN BONELLO NE. vs PAOLO MAGRO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 2032 (1) U 2029 TAL-KODICI CIVILI FRUSTIERI - ART. 8 TAL-ORDINANZA II TAL-1949 - CITAZZJONI - DEPOZITU - FIDEJUSSJONI - GARANZIJA
Fil-Qosor
Skond il-Ligi dwar il-Frustieri, kull somma ta' flus li tigi depozitata mill-garanti favur frustier,biex dan ikun jista' jinzel l-art, tista' tkun uzata biex jithallas minnha kull ammont jew spiza mahruga minn flus publici ghall-manteniment tal-frustier jew ta' min jaghmel minnu, jew li saret xort'ohra minhabba fih waqt li jinsab f'dawn il-Gzejjer, jew ghat-turufnament tieghu, jew sabiex jinbghatlura f'pajjizu. Il-koncett tal-legislatur, meta ghamel din id-dispozizzjoni, kien dak li jipprotegi l-erarju publiku ghall-ispejjez li jkun hareg ghall-frustier u dipendenti tieghu. B'mod li l-garanti li jkun ghamel dak id-depozitu ma hux tenut ihallas id-dkun li jaghmel il-frustier meta jkun hawn Malta, bhal ma huma spejjez tal-ikel u allogg f'lukanda; u l-kreditur ta' dawn id-djun ma jistax jippretendi li ghandu jithallas mid-depozitu li l-garanti jkun ghamel ghall-finijiet tad-dispozizzjoni tal-ligi fuq imsemmija. F'kawza fejn il-kreditur jagixxi kontra l-garanti biex jithallas minn dakid-depozitu ma hux mehtieg li jkun prezenti l-frustier li hu l-pretiz debitur. Ghax il-kreditur mhux obligat jaghmel atti gudizzjarji u proceduri ezekuttivi kontra d-debitur tieghu qabel ma jdur kontra l-garanti ghall-hlas. Difatti, il-ligi tassoggetta l-garanti lejn il-kreditur bil-fatt unikament li d-debitur ma jkunx adempixxa l-obligu tieghu, u ma tirrikjedix illi l-kreditur ma jkunx irnexxielu jottjeni dak l-adempiment mid-debitur; u ghalhekk huwa bizzejjed li l-kreditur juri bil-provi lid-debitur baqa' inadempjenti, u ma hemmx bzonn li jharrek fil-kawza anki l-istess debitur. Citazzjoni li biha ma jigix imharrek anki d-debitur flimkien mal-garanti, ghalhekk, mhix irritwali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni