Reference: Volume 40A (1956), Part No. 1, Section , Page 280

Judgement Details


Date
29/10/1956
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
EMMANUELE FARRUGIA vs GIOVANNA LUGHERMO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1973 TAL-KAP. 23 - BEJGH TAL-GHAMARA - BOARD TAL-KERA - KOMPETENZA - LOKAZZJONI - MANDAT - RIGALI
Summary
Meta, biex tigi koncessa lokazzjoni ta' fond, tigi mposta l-kondizzjoni ta' l-inkwilin ikollu jixtril-ghamara li jkun hemm fil-fond, u dan bi prezz ezagerat, id-differenza bejn il-valur reali u l-prezz imhallas ghal dik l-ghamara mhux hag' ohra hlief hlas ta' kera mhux xieraq taht forma ohra, u ntiz biex il-lokatur jeludi d-dispozizzjonijiet tal-ligi. Operazzjoni simili ghandha titqies bhala operazzjoni wahda billi x-xiri tal-ghamara huwa kondizzjoni "sine qua non" ghall-koncessjoni tal-lokazzjoni. U l-Board tal-kera jaghmel sewwa meta, biex jistabbilixxi l-kera xieraq tal-fond jirrikorri ghan-nominu ta' espert biex jistabbilixxi l-valur reali, tal-ghamara, gax hu evidenti illi, ladarba l-Board hu kompetenti biex jiffissa l-kera xieraq, ma jistax ma jkunx kompetenti biex jaghmel dak kollu li jista' jwassal ghall-konkluzjoni gusta fl-espletament ta' dik l-attribuzzjoni tieghu. Meta mandatarju jagixxi f'ismu proprju, il-mandant ma ghandux azzjoni kontra dawk li li maghhom il-mandatorju jkun ikkuntratta, u lanqas dawn ma ghandhom azzjoni kontra l-mandant, izda f'dan il-kaz il-mandatarju hu obligat direttament lejn il-persuna li maghha kkuntrata daqs li kieku l-affari kienet tieghu nnifsu. Ghaldaqstant, jekk il-lokatur, bhala kondizzjoni tal-kirja jimponi lill-inkwilin li jixtri l-ghamara li hemm fil-fond, u dik l-ghamara hija ta' hadd iehor, u huwa jkun mandatarju ta' sid dik l-ghamara, imma mal-inkwilin jagixxi fl-isem tieghu proprju, u mhux fl-isem tal-mandanti tieghu, huwa jibqa' obligat lejn l-inkwilin bhal li kieku l-affari kienet tieghu stess, inghajr ma jinholoq ebda rapport bejn l-inkwilin u dak il-mandant; u dan avvolja l-inkwilin kien jaf li l-ghamara kienetta' dak il-mandant.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info