Reference: Volume 40A (1956), Part No. 1, Section 1, Page 149

Judgement Details


Date
11/05/1956
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
PAUL GRECH vs FARMACISTA ARTURO FELICE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ACCESSJONI - ART. 360, 608, U 613 TAL-KODICI CIVILI - PREFERENZA - RETRATT
Summary
Huwa principju universalment rikonoxxut, u espressament konsakrat mill-ligi, illi kull ma jaccedi ghall-art jappartjeni lill-proprjetarju tal-istess art. U meta jsir bini, ir-regola hija li l-principali hija l-art, u l-accessorji huma l-materjali tal-kostruzzjoni; jigifieri illi l-proprjeta' tal-art tigbed maghha l-proprjeta' tal-fabbrika. Ghal din ir-regola l-ligi tidderoga biss fil-kaz meta wiehed ikun bena fuq art tieghu u jkun dahal in bwona fede fuq bicca art mill-fond limitrofu ta' haddiehom, li kien jaf b'dak il-bini u ma ghamelx oppozizzjoni; f'liema kaz, l-art li tigi okkupata u l-bini li jsir fuqha jistghu jigu dikjarati ta' proprjeta' ta' min bena, taht l-obligu li jhallas lil sid l-art il-valur tas-superfici li jkun okkupata u li jirrizarcixxi kull hsara li tkun saret. U mhux lecitu li fil-kaz ta' immobli jigi segwit il-kriterju li l-ligi tistabbilixxi ghad-dritt ta' accessjoni rigward mobili, li bis-sahha tieghu l-haga principali tigbed maghha l-haga accessorja, li ssirhaga wahda ma' dik principali, tassumi n-natura tal-haga principali, u ssir suggetta ghall-istess drittijeit tal-haga principali. Ghaldaqstant, jekk jinbiegh fond li jkun mibni in parti fuq art li taghha wiehed huwa d-direttorju u in parti fuq art enfitwetika, u jikkonkorru biex jirkuprawha d-direttarju u l-ko-utilista, id-direttorju ghandu dritt ta' preferenza fuq il-bicca tad-dar li hija mibnija fuq l-art tieghu, li hija titolu aqwa minn dak ta' rkupru kompetenti lill-ko-utilista tal-bicca l-ohra tad-dar, li ghandu biss dritt ta' rkupru u mhux wkoll dak tal-preferenza; u ma jistax jigi sostnut illi d-dritt tieghu ta' rkupru jestendi anki ghall-bicca l-ohra li hija suggetta ghad-dritt tal-preferenza ta' dak id-direttarju, billi jigi allegat illi l-parti l-ohra hija accessorja ghall-parti tieghu li huwa ghandu dritt jirkupra. Ebda ostaklu ma hemm fil-ligi ghall-irkupru ta' bicca bissmill-fond meta ghall-kumplament ma hemmx titolu ta' rkupru; u min ghandu dritt jirkupru parti biss minn fond ma jistax jippretendi li ghandu dritt jirkupra l-fond kollu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info