Referenza: Volum 40A (1956), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 258

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/08/1956
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
FLORES JOSEPH, MONTANARO GAUCI A.J., CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
CARMELA MANGION PR. ET NE vs PAOLO MANGION
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ALIMENTI - CITAZZJONI - DIKJARAZZJONI - KAWZALI - LIBERAZZJONI "AB OBSERVANTIA" - MARA
Fil-Qosor
Mhux lecitu li l-kawzali fic-citazzjoni tigi mibdula, fil-Qrati Superjuri; u jekk il-Qorti tiddeciedi fuq il-kawzali diversa, id-decizjoni taghha tkun "extra petita". Il-Qorti ghandha toqghod ghat-termini tad-domanda; u s-sentenza ghandha tkun konformi ghad-domanda. Id-dikjarazzjoni li takkompanja c-citazzjoni, ghalkemm hija haga wahda mac-citazzjoni, ma tistax tissostitwixxi, izzid jew sostanzjalment tissupplementa nuqqas dwar l-oggett u r-raguni tat-talba. Ghaldaqstant, jekk mara tagixxikontra zewgha ghall-alimenti fuq il-motiv li zewgha abbanduna fl-indigenza lilha u lill-uliedha, u din il-kawzali ma tirrizultax, dik il-mara ma tistax issostni t-talba taghha fuq l-istess citazzjonifuq il-motiv li hija kienet kostretta tabbanduna d-dar konjugali minabba trattamenti hazin ta' zewgha; u dan avvolja fid-dikjarazzjoni hija tkun esponiet fatti li jikkonducu ghal din il-kawzali, u avvolja jkun jidher li hija riedet tfisser haga u fic-citazzjoni esprimiet ohra; ghax il-Qorti ghandhatoqghod ghal dak li jitnizzel fic-citazzjoni, u mhux ghal dak li kien fil-hsieb ta' min ghamel il-kawza. Jekk it-talba ma tirrizultax fondata fuq il-kawzali espressa fic-citazzjoni, imma jista' jirrizulta dritt iehor ghal-kawzali, diversa, il-Qorti ghandha tillibera "ab observantia".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni