eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: Volum 40A (1956), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 234
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
28/05/1956
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J.
Partijiet
VINCENZINA CASSAR ET. vs ANETTO XUEREB MONTEBELLO ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
APPELL - ART. 572 (1) U (2) TAL-KODICI CIVILI - ART. 794 U 236 (II) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - AZZJONI PETITORJA - AZZJONI POSSESSORJA - GUDIKAT - INDIVIZIBBILITA' - LIBERAZZJONI "AB OBSERVANTIA" - RINUNZJA - SPOLL
Fil-Qosor
Jekk kawza ta' spoll privileggjat tigi ntentata minn diversi atturi, u l-Qorti tal-Ewwl Istanza tilqa' t-talba u tordna r-reintegrazzjoni tal-ispoll, u dik is-sentenza mbghad tigi revokata mill-Qortital-Appell, li tichad it-talba, u l-appell ma jkunx sar kontra dawk l-atturi kollha, dak fost l-atturi li fil-konfront tieghu ma sarx l-appell ghandu favur tieghu l-gudikat naxxenti mis-sentenza tal-Qorti ta' l-ewwel Istanza. Jekk, in segwitu ghal dik is-sentenza, dawk li kienu konvenuti f'dik il-kawza jintentaw gudizzju petitorju kontra dawk il-persuni, li kienu atturi fil-kawza ta' qabel biex jigi jigi eliminat xi driitt rizultanti favur dawn l-ahhar imsemmija mis-sentenza ta' qabel minghajr ma jkunu pero' irreintegraw l-ispoll skond ma kien gie ordnat bis-sentenza precedenti tal-EwwelIstanza, dak il-gudizzju petitorju huwa improcedibbli, ghar-raguni illi s-sentenza l-ohra, li ghalkemm revokata fl-appell, baqghet tissussisti di fronti ghall-attur li fil-konfront tieghu ma kienx sar l-appell, ma kienitx giet esegwita. U l-ineffikacja tad-domanda proposta fil-petitorju qabel l-ezekuzzjoni tas-sentenza possessorja ma tistax tigi sanata, lanqas bl-akkwijexxenza jew bil-kunsens, espress jew tacitu, tal-kontroparti, billi dak id-divjiet hu ta' ordni publiku u maghmul mill-ligi espressament b'mod assolut, u kwindi l-gudikant ma jistghax ma jaghtix kaz tieghu minghajr ma jivvijola l-awtorita' tal-ligi. B'mod li lanqas ma jista' jimxi l-quddiem dan il-gudizzju petitorju, fl-assenza ta' ezekuzzjoni tas-sentenza, jekk dak il-konvenut fil-gudizzju petitorju li ghandu favur tieghu l-gudikat naxxenti mis-sentenza possessorja jirrinunzja ghall-effetti ta' dik is-sentenza. Jekk dik ir-rinunzja hija kondizzjonata, ma tiswiex, ghax mhix kondizzjonata, l-istess mhix vinkolanti, ghar-raguni fuq imsemmija tal-ineffikacja tad-domanda proposta fil-petitorju qabel l-ezekuzzjoni tas-sentenza possessorja. Barra minn dan, fin-nuqqas ta' reintegrazzjoni tal-ispoll, l-atturi fil-gudizzju petitorju li ghandhom favur taghhom is-sentenza tal-Qorti tal-Appell fil-gudizzju l-iehor possessorju, lanqas ma jistghu jipproponu l-gudizzju petitorju kontra l-konvenuti l-ohra li kontra taghhomkien sar l-appell; ghaliex hawn si tratta ta' haga indivizibbli, u ma jistax jinghad illi l-gudikattal-Qorti tal-Appell fil-kawza l-ohra jolqot anki lil dak l-attur li fil-konfront tieghu ma sarx l-appell, f'kawzi fuq haga indivizibbli, ghal dawk biss li tkun favur taghhom. Ghaldaqstant, il-konvenuti fil-gudizzju petitorju ghandhom jigu liberati mill-osservanza tal-gudizzju.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta