Reference: Volume 45B (1961), Part No. 1, Section 1, Page 396

Judgement Details


Date
01/12/1961
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING HUGH
Parties
NAZARENO CUTAJAR vs CARMELA QUIROLO NE. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"KERREJ" - ART. 1661 TAL-KAP. 23. - ART. 2 TAL-KAP. 109. - BORD TAL-KERA - LOKAZZJONI - RILOKAZZJONI
Summary
Skond il-ligi ordinarja, i.e. skond il-Kodici Civili, il-kuntratt ta' kiri ma jinhallx bil-mewt tal-kerrej jew tas-sid, imma jkompli miexi fil-werrieta ghaz-zmien li jkun baqa' mill-lokazzjoni korrenti meta jmut il-kerrej jew is-sid. U meta jispicca dak iz-zmien tal-kiri, sew jekk kien espressamentmiftiehem fil-kuntratt sew jekk kien prezunt mill-ligi, is-sid ghandu d-dritt assolut li jitterminal-kiri u jiehu lura l-fond, "ipso jure" jew billi jaghti avviz jew sensja lill-inkwilin, skond il-kaz. Jekk fl-gheluq taz-zmien tal-kiri l-kerrej jibqa' u jigi mholli fid-dgawdija tal-fond, il-kirijigi mgedded, taht l-istess kondizzjonijiet u bl-istess jeddijiet u obligi, ghal zmien iehor kif kontemplat mill-ligi; izda dan it-tigdid ma jsirx meta s-sid jaghti lill-kerrej l-avviz necessarju. Il-ligi specjali, i.e. il-Ligi tal-Kera, illimitat dan id-dritt tal-lokatur, u ntroduciet id-dritt tal-kerrej ghar-rilokazzjoni wara l-gheluq taz-zmien tal-kiri, billi stabbilit illi l-lokatur ma jistghax jiehu lura l-pussess tal-fond hlief bil-permess tal-Bord tal-Kera u taht il-kondizzjonijiet mill-istess ligi determinati. Il-ligi specjali testendi dan id-dritt ghar-rilokazzjoni anki ghal persuniohra wara l-mewt tal-kerrej, imma din il-protezzjoni ma ghandux dritt ghaliha l-werriet tal-kerrejsemplicement ghaliex werriet, fil-kaz ta' djar tal-abitazzjoni. Il-werriet bannani ma jidholx fid-definizzjoni li l-ligi specjali taghti lill-kelma "kerrej", u fil-konfront tieghu d-drittijiet u l-obligi tal-lokatur ghar-rigward tal-kiri li qabel kellu l-awtur tieghu huma regolabbli biss, fin-nuqqas ta' konvenzjoni, mill-Kodici Civili.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info