Referenza: Volum 45B (1961), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 216

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/06/1961
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
FRANCESCA DEBATTISTA ET vs TERESA MALLIA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 277 U 1407 TAL-KODICI CIVILI - ART. 33(I) (II), 37(A) U 28 TAL-KAP. 70 - ART. 634 TAL-KODICI TA` PROCEDURA CIVILI - ATT TAL-KONVENJU - AWTENIKAZZJONI - BEJGH - DANNI - DENUNZJA TAS-SUCCESSJONI - KJAMATA FIL-KAWZA - NULLITA' - PROMESSA TA` BEJGH - SKRITTURA PRIVATA - SOSPENSJONI - TERMINU
Fil-Qosor
Skrittura privata lifiha wahda mill-partjiiet ma tiffirmax isimha, ghax ma tafx tikteb, imma biss taghmel salib hija nulla, jekk ma tigix awtentikata kif trid il-ligió u ghalhekk lanqas ma hija vinkolati. B'mod ili, jekk dik il-parti tkun ghamlet salib minflok isimha fuq att ta` konvenju, fejn dik il-parti tidher li oligat ruhha li tbiegh stabili, hija mhix marbuta li tersaq ghall-att definittiv tal-bejgh. It-terminu ta` tliet xhur li l-ligi tippreskrivi ghall-validita` ta` att ta` konvenju, jekk ma jkunx gie miftiehem terminu itwal, jibda jiddekorri, mhux mid-data li fiha gie ffirmat l-att tal-konvenju, imma minn meta bejgh jista` jsir; u t-terminu jigi sospis sakemm ikun hemm ostakoli legali gahll-bejgh komuni ghall-partijiet u minhom maghrufin. U mz hemmx bzonn li tidher mill-att tal-konvenju il-volonta` fl-att tal-konvenju, jigu li rrimettew ruhhom ghal-ligi, u l-ligi din hi. Sakemm ma jkunux saru d-denuzji tas-sucessjoni mehtiega, u ma tkunx thallset it-taxxa tas-successjoni mehtiega, u ma tkunx thallset it-taxxa tas-successjoni dovuta, in konnessjoni mat-trasferiment li jkun se risir, hemm ostakolu legali komuni ghall-partijiet, li jissospendi l-kors tat-terminu ta` validita` tal-att ta` konvenju. Mill-promessa ta` bejgh ta` stabili jitwieled dritt ta` natura personali, b'effett unikament limitat ghall-kontraenti; b'mod li, jekk il-haga tigi trasferita lil hadd iehor, u b'daqshekk il-promessa ma tistghax tigi effettwata, ikun hemm biss lok ghad-danni. Jekk l-akkwirent jagixxi kontra l-venditur biex igieghlu jaddivjeni ghall-kuntratt tal-bejgh, u jirrizulta illil-kovenut kien ittrasferixxa l-fond lil terza persuna, ma hemms lok li t-terza persuna li akkwistatil-fond tigi msejha fil-kawza, u jekk l-attur ma kienx jaf b'dan it-trasferiment meta pprezentata c-citazzjoni, l-ispejjez tal-kawza ghandu jbatihom il-venditur konvenut, avvolja l-attur kumpraur jigieskluz mid-domanda tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni