Referenza: Volum 44B (1960), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 122

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/04/1960
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
SPIRU FALZON vs JOSEPH SCERRI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 451, 452, 453, U 455 TAL-KODICI CIVILI - CITAZZJONI - HAJT DIVIZORJU - KAWZALI - PARAPETT
Fil-Qosor
Jekk wiehed quddiem id-dar tieghu ghandu recint, konoxxut bhala parapett, kompost minn gebel mahdumsporgenti mill-art li fihom hemm imwahhal hadid ornamentali, u l-vicin jazzjonah biex igeghlu jnehhidak il-hadid halli hu jkun jista' jirrendi komuni dak ir-recint u jgholli fuqu, l-eccezzjoni fis-sens illi l-vicin attur, fil-mument li ghamel il-kawza, ma kienx la proprjetarju u lanqas komproprjetarju ta' dak ir-recint, u ghalhekk ma ghandu ebda dritt jitlob id-distruzzjoni tal-parapett proprjeta' eskluziva tal-konvenut, hija eccezzjoni mhux ta' procedura, imma ta' meritu; u ghalhekk dik l-eccezzjoni ma tistghax tkun tardiva, u tista' tigi sollevata fl-appell avvolja ma tkunx issemmiet fl-ewwel istanza. Fil-kaz hekk prospettat, ic-citazzjoni tippostula illi l-hajt in kwistjoni ma hux komuni, imma proprjeta' eskluziva tal-konvenut, li l-atur irid jirrendi komuni. Din hi l-kawzali tat-talba, u ma tistghax titbiddel. Ghalhekk, anki jekk ikun donnu jidher mill-provi li l-hajt in kwistjoni jinsab mibni fuq art komuni tal-kontendenti, il-Qorti ma tistghax, fuq ic-citazzjoni kif proposta,tiehu konjizzjoni ta' dak il-fatt (suppost li hu fatt) u tigbed konsegwenzi minnu. It-talba hi bazata fuq il-presuppost li din il-komunjoni ghad ma tezisitix u ghad trid tigi akkwistata. Din hi l-bazi unika li fuqha t-talba tista' tigi kunsidrata; u fuq dan l-assunt l-azzjoni mhix sostenibbli. L-attur ma jistghax jinvoka d-dispozizzjonijiet tal-ligi li jirregolaw id-dritt tal-komproprjetarju li jgholli l-hajt komuni; ghax dawn jitkellmu fuq komproprjeta' u fuq hajt komuni, u jippressuponu lil-medjanza ga tezisti. Lanqas tista' t-talba tigi sostnuta fuq id-dispozizzjoni l-ohra tal-ligi litaghti lis-sid id-dritt li jaghmel komuni hajt li jmiss mal-fond tieghu; ghax jekk il-hadid ornamentali jitqies bhala l-oggett principali tal-parapett, ma jistghax jinghad li dak il-hadid jikkostitwixxi hajt li skond l-imsemmija dispozizzjoni l-vicin jista' jirrendi komuni, u allura l-azzjoni tal-attur, preordinata biex hu jirrendi l-gnub tal-parapett komuni, ma tistgax tirnexxi, ghax l-iskop espressament prefiss mhux legalemnt ottenibbli. Jekk mbghad il-hadid jitqies bhala accessorju tac-cint tal-gebel u parti ntegrali tieghu (kif aktar jidher li ghandu jkun), kunsidrat l-iskop li ghalih it-tnejn saru, u l-kumpless jitqies bhala hajt" li skond l-imsemmija dispozizzjoni l-attur jista' jirrendi komuni, l-istess l-azzjoni kif proposta ma tistghax tirnexxi; ghax ghall-finijiet ta' din l-azzjoni l-hajt ghandu jitqies proprjeta' eskluziva tal-konvenut, u fuqu dan ghandu l-liberta' li jaghmel il-modifikazzjonijiet u l-opri li jghogbu; u jekk aktar tard il-vicin ikun irid jipprevalixxi ruhu mid-dritt tieghu li jirrendi komuni l-hajt divizorju ma jistghux igieghlu jiddemolixxi l-opri lijkun ghamel qabel ma tigi akkwistata l-komunjoni; u jidher li d-dottrina u l-gurisprudenza huma konkordi illi d-dritt tal-vicin li jakkwista l-komunjoni ta' hajt kontigwu jimporta biss illi hu jakkwista l-komunjoni ta' dak il-hajt "fl-istat li jinsab fih", u ma jistghax, qabel jakkwista dik il-medjanza, jippretendi li jitnehhew hwejjeg jew ornamenti li jinsabu f'dak il-hajt. Ghaldaqstant, l-azzjoni tal-attur kif fuq prospettata u formulata, ma tistghax tigi sostnuta; salva lill-attur kwalunkweazzjoni ohra lilu spettanti skond il-ligi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni