Referenza: Volum 44B (1960), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 275

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/10/1960
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
MARIANNA FENECH ET. vs CARMELO BORG ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART.679 TAL-PROCEDURA CIVILI - PROVI - XHIEDA
Fil-Qosor
Jekk wahda mill-partijiet f'kawza titlob li tipproduci xhud u l-Qorti tichad it-talbam u l-Qorti tal-Appell, fuq appell ta' dik il-parti minn dak id-digriet ta' rigett tat-talba, tikkonferma l-istessdigriet, din il-konferma ma torbotx lill-Qorti tal-Appell talment illi, jekk il-kawza mbghad tigi appellata, u fl-appell terga ssir it-talba ghall-produzzjoni ta' dak l-istess xhed, il-Qorti tal-Appell ma tkunx tista' tippermetti l-produzzjoni ta' dak ix-xhud billi tkun ikkonfermat id-digriet tal-Ewwel Qorti li kien cahad it-talba ghall-produzzjoni ta' dak ix-xhud. Ghax il-kawza fil-meritu tkun allura quddiem il-Qorti tal-Appell, u din mhix necessarjament marbuta bid-diskrezzjoni wzata mill-Ewwel Qorti, u tista' tuza d-diskrezzjoni taghha stess skond kif jidhrilha sewwa ghall-konvinciment morali taghha. U hekk gara f'dan il-kaz, fejn wahda mill-partijiet talbet li tipproduci xhud li ma kienetx ipproduciet quddiem il-perit, u l-Qorti cahdet it-talba taghha; dik il-parti appellat mid-digriet tar-rigett, u l-Qorti tal-Appell ikkonfermat dak id-digriet. Wara li nqatghet il-kawza s-sentenza giet appellata, u fl-appell saret mill-gdid talba biex jinstema dak l-istess xhud; u l-Qorti; tal-Appell ammettiet il-produzzjoni tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni