Referenza: Volum 43E (1959), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 1065

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/05/1959
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs ANTHONY AQUILINA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"THIRD PARTY RISKS" - APPELL - ART. 3 TAL-KAP. 165 - CITAZZJONI - NULLITA' - SOSPENSJONI TAL-LICENZA TAS-SEWQAN
Fil-Qosor
Jekk l-imputat ma ssollevax "a tempo debito" quddiem il-Magistrat l-eccezzjoni tan-nullita' tac-citazzjoni mhabba li ma kienx fiha l-indikazzjoni taz-zmien, u anzi mposta d-difiza tieghu b'riferenza ghall-istess okkazjoni li ghaliha kienet qeghdha tirriferixxi l-Prosekuzzjoni, u halla li jitkompla d-dibattitu u jinqata' l-meritu mill-Qorti t'Isfel appuntu in bazi ghal dik il-kontestazzjoni, ma tistax dik l-eccezzjoni tigi attiza jekk l-imputat jappella. Fl-appell, dik l-eccezzjoni hija serotina. Biex jista' jinghad li wiehed "gieghel"l il hadd iehor jaghmel uzu minn karrozza tal-Mutur minghajr licenza tas-sewqan, jehtieg li jku nhemm inkarigu espress jew pozittiv; mma jista' jkun il-kaz ta' min "jippermetti" dan l-uzu; u dan il-"permess" jista' jkun anki tacitu; u jkun hemm dak il-"permess" tacitu meta wiehed jonqos milli jiehu l-passi mehtiega biex jevita dak l-uzu. Il-fatt li l-karrozza ma kienetx ta' dak li jgieghel jew ippermetta l-uzu tal-karrozza, imma kienet biss mislufa ghandu, ma jirrendix inapplikabbli kontra tieghu l-piena tal-iskwalifika milli jkollu jew jottjeni licenza tas-sewqan ghaz-zmien legali; ghax ir-reat ta' min igieghel jew jippermetti dan l-uzu tal-karrozza jista' jigi kommess mhux biss mis-sid, ima anki minn kull min ikollu l-karrozza taht il-kura jew il-kontroll tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni