Reference: Volume 44B (1960), Part No. 1, Section 1, Page 42

Judgement Details


Date
08/02/1960
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
GEORGE ZAHRA vs CARMELO CHIRCOP ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"JUS SUPERVENIENS" - ART. 26 TAL-KODICI CIVILI - ART. 384 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - DAR KONJUGALI - LOKAZZJONI - REKWIZIZZJONI
Summary
Ir-rekwizizzjoni ta` fond ghandha bhala effett li tispossessa lis-sid rekwizizzjonat, b'mod li, minnmindu ssir u sakemm tibqa` ssehh ir-rekwizizzjoni, il-pussess tal-fond u d-disponnibilita` tieghu ma humiex aktar f'idejh, izda f'idejn l-amministrazzjoni li rrekwizzizzjonat il-fond; u allura s-sid,"pro tempore", ma handux l-ezercizzju jew l-amministrazzjoni libera tal-jeddijiet dwar l-okkupazzjoni tal-fond, u in sostanza mhux persuna li toqghod in gudizzju dwarhom. Ghaldaqstant, it-talba tas-sid biex jizgombra mill-fond l-inkwlin, meta l-fond huwa rekwizizzjonat, ma tistax tigi milqugha mill-Qorti, anzi, jekk il-fond kien rekwizizzjonat meta saret ic-citazzjoni, bhala li din hija talba preambula u ncidentali ghat-talba al-izgumbrament. Jekk pero`, fil-kors tal-kawza, il-fond jigi derekwizizzjonat, jitnehha l-ostakolu ghall-procedibbilita` tat-talbiet ghar-rizoluzzjoni tal-lokazzjoni;w ghall-izgumrament tal-inkwilin; u dan bis-sahha tal-"Jus Superveniens". Jekk ragel jiggieled ma`m artu, johrog mid-dar konjugali, u filwaq li martu tibqa` f'dik id-dar, hu jmur javza li lsid il-kera li hu ma ghandux x'jaqsam aktar mal-kriri tad-dar, u illi, "jekk martu taghzel litibqa` toqghod fil-post, thallas il-kera hi", dan ma hux kongedo li ghandu jittiehed bhala li jippriva lill-mara mid-dritt li tkompli toppuka l-fond li kien id-dar konjugali. Jekk ir-ragel ikun anki kkonsenja lis-sid ic-cavetta tal-fond, u l-mara ghandha cavetta ohra, din il-konsenja ma ghandhiex l-effett simboliku tal-konsenja lura tal-fond zgombru. Bil-konsegwenza illi s-sid ma jistax, bis-sahha ta` dak il-kongedo tar-ragel, u ta` dik il-konsenja ta` cavetta, jitlob l-izgumbrament tal-mara minn dik id-dar konjugali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info