Reference: Volume 43E (1959), Part No. 4, Section , Page 1060

Judgement Details


Date
30/05/1959
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs NO. 11936 GUN. FRANCIS SPITERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"THIRD PARTY RISKS" - POLZA TAS-SIGURTA' - PROVA - SOSPENSJONI TAL-LICENZA TAS-SEWQAN
Summary
Min jimprendi x-xoghol ta' kiri ta' karozzi ghandu l-ewwelnett jottjeni licenza tal-Pulizija ghal daqshekk; u mbaghad ghandu jzomm registru li fih ghandu jnizzel mhux biss l-isem u l-kunjom ta' min jikri l-karrozza u d-data tal-hrug taghha. U allura hu car illi hu jkun qieghed jonqos meta jikri karrozza lill-persuna li ma turiehx il-licenzja taghha tas-sewqan, u ma jinsistix li jara dik il-licenza, imma jikkuntenta li joqghod fuq l-assikurazzjoni ta' min ikun ser jikri l-karrozza li jurihielu darb'ohra. Bhala regola, il-prova tinkombi lill-Prosekuzzjoni; imma jekk il-Prosekuzzjoni tilhaq tipprova li l-persuna li hadet b'kiri l-karrozza ma kellhiex licenza tas-sewqan, isir dover tal-imputatli jezibixxi l-polza tas-sigurta', jekk jidhirlu li biha jista' jipprova li, non ostante li l-karozza giet misjuqa minn dik il-persuna mhux licenzjata, il-kopertura tal-karozza ma ntilfetx. Malli l-Prosekuzzjoni tipprova li min saq il-karrozza ma kellux licenzja, allura l-konsegwenza normali hi lil-karrozza ma tkunx aktar "on risk", u allura jsir obligu tad-difiza li tipprova, jekk jidhrilha, il-kuntrarju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info