Referenza: Volum 43E (1959), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 1126

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/09/1959
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
FLORES JOSEPH
Partijiet
ONOR. MABEL STRICKLAND, O.B.E. vs JOSEPH MICALLEF STAFRACE, B.A., LL.D.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"FAIR COMMENT" - "JUS RETORSIONIS" - DIFFAMAZZJONI - GUDIKAT - LIBELL
Fil-Qosor
Komment, f'materja ta' ngurja bl-istampa, hu kostitwit minn espressjoni ta' opinjoni, u huwa l-illazzjoni li l-kittieb jigbed mill-fatti. U biex l-eccezzjoni ta' komment gust tista' tigi anki biss kunsidrata, hu mehtieg li tkun saret narrazzjoni sostanzjalment ezatta tal-fatti li fuqhom il-kommentikun bazat, biex b'dal-mod min jaqra jitqieghed fil-pozizzjoni li jkun jista' jaqbel jew ma jaqbelxmal-konkluzjonijiet li ghalihom ikun wasal il-kittieb. Biex ikun hemm il-gudikat, u hekk l-applikazzjoni tar-regola "non bis in idem", irid ikun hemm l-istess fatt fiz-zewg kawzi; u l-istess fatt ikun hemm meta jkun hemm l-istess atti u l-istess effett bl-elementi kollha kostituttivi tar-reat; mhixl-identita' tal-"azzjoni" li twassal ghad-divjet tal-"non bis in idem", imma l-identita' tal-"fatt"; b'mod li meta l-azzjoni penali l-gdida jkollha bhala oggett fatt li, ghalkemm konness ma' dak precedentement gudikat, jipprezenta "event" materjalment divers, li lanqas implicitament ma jkun gie valutat fl-ewwel process, ma jkunx hemm il-vjolazzjoni tal-gudikat. Ghaldaqstant, jekk l-imputat kienga gie kundannat bhala hati ta' reat ta' publikazzjoni ta' materjal sedizzjus, ma jistghax jinvoka l-gudikat f'kawza li ssirlu wara ghax b'dik il-publikazzjoni huwa offenda l-unur u r-riputazzjoni tal-persuna li pprocediet kontra tieghu bit-tieni kawza. Hija regola illi l-ezimenti tal-"jus retorsionis", bhala rinunzja da parti tal-Istat ghall-potesta' punittiva, ma hix applikabbli f'kaz ta' diffamazzjoni, jew attribuzzjoni ta' fatt determinat, bhala mezz tar-ritorsjoni, imma biss f'kaz ta' ngurja.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni